EPALE jiffoka fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-adulti
Peress li l-Ġimgħa tal-Ħiliet Vokazzjonali 2017 se tkun bejn l-20 u l-24 ta’ Novembru, EPALE se jiddedika x-xahar ta’ Novembru lill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-adulti.
Persuni, għaqdiet u gvernijiet jinvestu fil-VET minħabba r-riżultati pożittivi li jagħtu, bħal pagi iktar għolja, titjieb fil-produttività u tkabbir fl-ekonomija. Fl-2010, żewġ terzi (66%) tal-intrapriżi fl-UE pprovdew taħriġ vokazzjonali kontinwu lill-impjegati tagħhom, iżda din iċ-ċifra varjat ħafna bejn l-istati membri – minn 22% fil-Polonja għal 91% fid-Danimarka.
Hawnhekk f’EPALE napprezzaw l-importanza tal-VET għall-impjegabbiltà tal-adulti u nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex nippromwovu l-benefiċċji tagħhom. Żur il-paġna tematika ta’ EPALE Intraprenditorija u impjegabbiltà fejn il-komunità u t-timijiet nazzjonali ġabru għadd ta’ artikli interessanti, riżorsi utli u każijiet ta’ studju dwar dan is-suġġett (il-kontenut ivarja skont il-preferenza tal-lingwa). Żur EPALE regolarment għal kontenut ġdid f’Novembru!
Nixtiequ nistednukom tingħaqdu mad-diskussjoni live ta’ EPALE dwar edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għall-adulti. Id-diskussjoni se tkun bl-Ingliż u se ssir fuq din il-paġna fit-30 ta’ Novembru 2017. Se titmexxa mill-Koordinatur Tematiku għall-Kwalità ta’ EPALE, Andrew McCoshan. Nittamaw li narawkom! |