Skip to main content
Blog
Blog

L-enfasi tal-EPALE: Kuxjenza u protezzjoni ambjentali

Bi pjaċir inħabbru li l-enfasi tematiku tal-EPALE minn Jannar sa Marzu huwa fuq l-għarfien u l-protezzjoni ambjentali.

Environmental awareness and protection

Dan l-aħħar, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li huwa pakkett ambizzjuż ta' miżuri li għandhom jippermettu lill-Ewropej jibbenefikaw minn tranżizzjoni ekoloġika u jirrappreżenta wkoll l-istrateġija l-ġdida ta’ tkabbir tal-UE. Fuq kollox, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ifassal triq għal tranżizzjoni li hija soċjalment ġusta. Huwa mfassal b’tali mod li ħadd ma’ jibqa’ lura fit-trasformazzjoni l-kbira li ġejja.

Sabiex tinħoloq dinja aktar sostenibbli u biex jimpenjaw ruħhom ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, l-individwi għandhom isiru persuni li jwettqu tibdil fis-sostenibbiltà (ir-Raba’ Rapport Globali dwar it-Tagħlim u l-Edukazzjoni għall-Adulti(il-link hija esterna), UNESCO). Sabiex dan iseħħ, iċ-ċittadini għandhom bżonn jiżviluppaw sett ta’ kompetenzi biex jindirizzaw l-inugwaljanzi fil-parteċipazzjoni u jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ ma’ dimensjonijiet soċjali bħall-protezzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima u l-konsum responsabbli. Sistema vibranti ta’ tagħlim u edukazzjoni għall-adulti għandha rwol ewlieni fil-ħolqien ta’ dinja aktar sostenibbli.

Hawn f’EPALE nemmnu bis-sħiħ li l-edukazzjoni għall-adulti tista’ trawwem u tappoġġja l-promozzjoni ta’ ħiliet li jippermettu ċittadinanza attiva u impenn tan-nies. Tabilħaqq, l-edukazzjoni għall-adulti għandha rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi dejjem akbar. Żur EPALE b’mod regolari, dejjem se jkun hemm xi ħaġa ġdida x’tiskopri dwar l-Għarfien u l-protezzjoni tal-ambjent! 

Taf b’ideat u prattiki tajbin dwar konsum responsabbli u protezzjoni ambjentali? Kont involut/a f’xi proġetti ta’ suċċess b’enfasi fuq l-għarfien ambjentali? Aqsam l-esperjenza tiegħek mal-komunità tagħna, tista’ tagħmel dan billi tippubblika kontenut fuq il-blogil-kamra tal-aħbarijietil-kalendarju tal-avvenimenti u ċ-ċentru tar-riżorsi tagħna!

Login (33)
Tikketti

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More