Skip to main content
Blog
Blog

Il-fokus ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-fokus tematiku ta’ EPALE minn Lulju sa Settembru 2020 se jkun fuq il-Forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi. Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi.

EPALE focus: Basic Skills Learning Provision

Il-fokus tematiku ta’ EPALE minn Lulju sa Settembru 2020 se jkun fuq il-Forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċiIl-bini tar-reżiljenza billi jiġu żgurati l-ħiliet bażiċi għal kulħadd: l-investiment fil-forniment effiċjenti ta’ ħiliet bażiċi qed isir kritiku f’era ta’ wara l-COVID-19.Il-ħiliet bażiċi (il-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali) saru prijorità politika fl-Ewropa u jinsabu fil-qalba tar-rakkomandazzjoni dwar il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet adottata mill-Kunsill Ewropew fl-2016. Kważi 20 % tal-popolazzjoni adulta fl-Ewropa qed tbati fil-qari, fil-kitba, fin-numeriżmu u fl-applikazzjoni tal-għodod diġitali, u kważi l-istess ammont (22 %) tal-adulti fl-UE għandhom kwalifiki minn livell sekondarju baxx jew anqas, li jpoġġihom f’riskju akbar ta’ qgħad u li jsiru soċjalment vulnerabbli. Il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet jindirizzaw dawn il-problemi billi jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jibnu politiki koeżivi biex jiżguraw livell minimu ta’ ħiliet bażiċi għal kulħadd, u biex jgħinu lin-nies fil-bżonn jiksbu tal-anqas kwalifiki ta’ livell sekondarju għoli.

Madankollu, il-kriżi riċenti tal-COVID-19, tefgħet dawl ġdid fuq l-importanza tal-ħiliet bażiċi. Din uriet ir-rwol tagħha li tagħmel liċ-ċittadini, lill-komunitajiet u lis-soċjetajiet aktar reżiljenti għal sfidi mhux mistennija u ta’ tfixkil u aktar kapaċi jadattaw malajr għall-bidliet fiċ-ċirkostanzi. Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat oqsma importanti mill-ħajja tan-nies bħas-saħħa, ix-xogħol, il-benesseri soċjali u l-finanzi tagħhom. Bħala riżultat tal-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata l-pandemija, ħafna minnhom ingħataw is-sensja u oħrajn f’daqqa waħda kellhom jaqilbu għal xogħol diġitali meta qatt ma kienu jipprevedu dan. Għal oħrajn, l-iżvilupp ta’ ħiliet kritiċi fl-informazzjoni diġitali u fil-midja, il-ġestjoni tal-finanzi personali u familjari tagħhom u t-teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji kienu importanti ħafna. Dan filwaqt li għall-biċċa l-kbira tan-nies, konsegwenza ovvja tal-kriżi tal-COVID-19 kienet il-ħtieġa li jipproċessaw informazzjoni relatata mas-saħħa sabiex jifhmu s-sitwazzjoni u jaġixxu skont il-miżuri imposti mill-awtoritajiet sabiex jiġi evitat aktar it-tixrid tal-infezzjoni. L-Ewropej b’livelli baxxi ta’ ħiliet bażiċi qed isiru aktar vulnerabbli matul dan iż-żmien kritiku. Sabiex inlaħħqu b’mod effettiv ma’ dawn l-isfidi globali hemm bżonn ta’ azzjonijiet konġunti mill-komunitajiet u s-soċjetajiet. L-iżgurar tal-ħiliet bażiċi għal kulħadd huwa pass neċessarju biex is-soċjetajiet ikunu jistgħu jiġġieldu l-isfidi soċjali, tas-saħħa, ambjentali u ekonomiċi attwali u futuri, u biex jiġu implimentati politiki b’mod effettiv sabiex tiġi appoġġjata s-sostenibbiltà tas-soċjetajiet u tal-ekonomiji Ewropej u tiġi promossa pjaneta aktar sana.

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi.

Huwa f’dan il-kuntest li qed nippreżentaw it-tielet fokus tematiku tal-2020; il-bini ta’ reżiljenza permezz ta’ taħriġ dwar il-ħiliet bażiċi billi jiġu żgurati politiki u prattiki effettivi fi: 

  • il-litteriżmu kritiku
  • il-litteriżmu fis-saħħa, 
  • il-litteriżmu finanzjarju, 
  • in-numeriżmu, 

il-ħiliet diġitali bażiċi għall-futur.

 Fis-16/17 ta’ Settembru 2020 int se jkollok ukoll l-opportunità li tingħaqad fid-diskussjoni online tagħna dwar il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi.

Login (33)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More