Skip to main content
Blog
Blog

L-enfasi ta' l-EPALE: it-tagħlim tal-adulti fuq il-post tax-xogħol

Il-fokus tematiku tal-EPALE minn Ottubru sa Diċembru huwa fuq it-tagħlim tal-adulti fuq il-post tax-xogħol

Workplace learning EPALE

 

It-tagħlim tal-adulti ħafna drabi jsir fuq il-post tax-xogħol. Din hija r-raġuni għala huwa importanti li kull post tax-xogħol ikollu ambjent tajjeb għat-tagħlim, u li l-adulti jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu biex jiksbu l-impjiegi li jridu jew biex jimxu ’l quddiem fil-karrieri professjonali tagħhom. Fis-suq tax-xogħol tal-lum li qed jinbidel b’rata mgħaġġla, kull pajjiż jeħtieġ li jiżgura li l-forza tax-xogħol tiegħu jkollha l-ħiliet it-tajbin, u li l-adulti li jaħdmu jibqgħu kompetittivi u jibqgħu jaġġornaw il-ħiliet tagħhom sabiex jibqgħu impjegabbli u jaqdu rwol sħiħ fis-soċjetà.

Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport dwar il-politiki li jippromwovu jew li jiffaċilitaw it-tagħlim tal-adulti li jsir fi, jew jipprepara lin-nies, għall-post tax-xogħol. Żur ir-rapport biex tesplora l-messaġġi ewlenin għall-iżvilupp tal-politika flimkien ma’ studji ta' każijiet ta' ispirazzjoni.

Kont involut fi proġett ta’ suċċess immirat lejn it-titjib jew l-introduzzjoni tal-innovazzjoni fit-tagħlim fuq il-post tax-xogħol? Forsi taf b’inizjattiva li timmira li tħarreġ lill-mentors u lill-impjegaturi biex jipprovdu tagħlim fuq il-post tax-xogħol? Aqsam il-proġett ta’ suċċess tiegħek bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru fuq din il-paġna u għin biex tispira lill-komunità tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa! 

L-istejjer kollha maqsuma hawnhekk sejrin jiġu inklużi fil-bullettin ta’ kull xahar tagħna.

 

Login (20)

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More