chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Il-Jum Internazzjonali tal-Migranti

16/12/2016
minn Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN EL PT DE SV NL CS FR SL ES PL ET IT RO DA HU LT

Fit-18 ta' Diċembru d-dinja se tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Migranti. Il-Jum Internazzjonali tal-Migranti huwa opportunità mhux biss biex jirrikonoxxi l-kontribut sinifikanti tal-migranti għall-ekonomija tal-pajjiż ospitant tagħhom, iżda wkoll biex jippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom.

Fl-2015 ir-rata medja ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja fost popolazzjoni mwielda barra mill-pajjiż tal-etajiet bejn 25-54 sena kienet madwar 12%, iżda din ir-rata kienet b'mod sinifikanti inqas f'għadd ta' pajjiżi, bħal Ċipru (4.0%), ir-Repubblika Ċeka (3.6%), Il-Kroazja (2.8%) u l-Greċja (1.5%). Fl-2015, kważi wieħed minn kull erba' żgħażagħ mhux imwielda fl-UE u tal-età bejn 15-29 sena ma kellhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ*.

 

EPALE dwar l-edukazzjoni tal-migranti

F'April 2016 EPALE ospitat diskussjoni ta' tlett ijiem onlajn dwar is-suġġett tal-edukazzjoni għall-migranti. Il-membri tal-komunità tal-EPALE minn madwar l-Ewropa ħadu sehem biex jagħtu l-opinjoni tagħhom u jaqsmu l-aħjar prattiki. Agħti ħarsa lejn il-punti prinċipali tad-diskussjoni (bl-Ingliż biss).

Aħna fl-EPALE nagħtu ħafna importanza lill-edukazzjoni għall-adulti fl-iżvilupp personali u professjonali, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali tal-migranti. Kun żgur li tiċċekkja l-paġna tematika dedikata tagħna, fejn tista' ssib posts tal-blog interessanti, studji ta' każijiet, aħbarijiet u riżorsi dwar is-suġġett.

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn