EPALE 2022 Fokus Tematiċi
Il-qasam tal-edukazzjoni esperjenza tfixkil sinifikanti minn meta bdiet il-pandemija fil-bidu tal-2020. L-impatti tal-COVID-19 fuq il-ġenerazzjonijiet kollha ta’ studenti huma kbar hafna u għadhom għaddejjin.
Il-pandemija wittiet it-triq lejn soluzzjonijiet ġodda u prattiki innovattivi fit-tagħlim, u fit-tagħlim għall-adulti. Globalment, sar urġenti li jsir investiment fit-tiswir ta’ sistemi ta’ tagħlim aktar effettivi, ekwi u flessibbli. L-investiment fit-tkabbir personali u professjonali u l-kultivazzjoni tal-ħiliet huwa għalhekk karatteristika imprezzabbli, peress li l-individwi jeħtieġ li jadattaw għal ċirkostanzi li dejjem jinbidlu. Dan iħeġġiġna ngħożżu dawn il-lezzjonijiet mitgħallma u nżidu l-isforzi tagħna bil-għaqal biex niksbu soċjetajiet ġusti, sostenibbli u inklużivi, bl-għajnuna ta’ esperjenzi ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Il-futur tat-tagħlim għall-adulti jidher aktar promettenti minn qatt qabel!
Adulti żgħażagħ
L-Ewropa teħtieġ il-viżjoni u l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ kollha biex jibnu futur aħjar, li hu aktar ekoloġiku, aktar inklużiv u diġitali.
Bil-għan li tappoġġja u tħeġġeġ liż-żgħażagħ isiru ċittadini attivi u atturi ta’ bidla pożittiva, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tippromwovi opportunitajiet biex tappoġġja l-iżvilupp personali, soċjali u professjonali taż-żgħażagħ fis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022. Il-Kummissjoni hija lesta li tieħu ispirazzjoni mill-azzjonijiet, il-viżjoni u l-għarfien taż-żgħażagħ biex tkompli ssaħħaħ il-proġett komuni tal-UE.
F'dan il-kuntest, EPALE qed tiddedika fokus tematiku sħiħ lill-adulti żgħażagħ, b'attenzjoni speċjali għall-medda ta' età ta' 25-30. Se nħarsu lejn dan il-grupp minn perspettiva speċifika: tagħlim interġenerazzjonali, bini ta' sħubijiet u koeżjoni soċjali; ħiliet ċiviċi bħala prerekwiżit biex isiru parteċipanti attivi fis-soċjetà; adulti żgħażagħ b’ħiliet baxxi u kif tgħinhom jiksbu il-ħiliet meħtieġa biex jikbru.
Dan il-fokus jgħinna nirriflettu dwar kif infasslu approċċ pożittiv fir-rigward tat-tagħlim tal-adulti żgħażagħ, bħala l-ewwel pass lejn it-tagħlim tul il-ħajja.
Tema relatata: Adulti żgħażagħ
Approċċi innovattivi għal rivoluzzjoni tal-Ħiliet
Sett ta' ħiliet b'saħħtu jiftaħ opportunitajiet għall-individwi, jipprovdi is-sigurtà fi żminijiet ta’ bidla, u jippromwovi l-inklużjoni. L-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-kontijiet tat-tagħlim individwali u dwar il-mikrokredenzjali għandha l-għan li tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal opportunitajiet ta’ taħriġ rilevanti li huma mfassla għall-bżonnijiet tiegħu, matul il-ħajja kollha. L-istudenti bħala individwi uniċi huma il-fulkru tal-iżvilupp tal-ħiliet, li jippermettu titjib dinamiku tal-ħiliet u edukazzjoni tul il-vjaġġ ta’ tagħlim tul il-ħajja kollu tagħhom. Biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent ta’ kull esperjenza żgħira ta’ tagħlim, il-mikro-kredenzjali jiċċertifikaw liema għarfien, ħila jew kompetenza jkunu kisbu.
Dan il-fokus se jkopri serje wiesgħa ta’ sottosuġġetti, bħal: titjib tal-ħiliet (upskilling) u prattiki innovattivi ta’ ħiliet ġodda (reskilling); inizjattivi ta' żvilupp ta' ħiliet imfassla apposta; mogħdijiet ta' tagħlim flessibbli; disinn ta' tagħlim imħallat; għodod innovattivi għat-tbassir tal-ħiliet.
Allura, x'inhuma l-fruntieri l-ġodda tat-tagħlim għall-adulti? Kif nistgħu ntejbu t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà? Aqsam magħna l-esperjenza u r-riflessjonijiet tiegħek dwar l-iżvilupp ta' approċċi innovattivi bħal dawn li se jittrasformaw it-tagħlim għall-adulti!
Temi relatati: Kontijiet ta' tagħlim individwali, Mikrokredenzjali, Metodi ta' tagħlim, Tagħlim u ħiliet mill-ġdid
Komunitajiet ta’ tagħlim
It-tagħlim iseħħ fi ħdan komunitajiet, jibni komunitajiet, u jgħinhom jikbru. Dan jirrikjedi li l-edukazzjoni sseħħ mhux biss f’istituzzjonijiet u ambjenti aktar formali, iżda wkoll ambjenti ta’ tagħlim mhux formali u prattiki informali, peress li t-tagħlim ma jieqafx wara ħajt iżda jegħleb l-ispazji fiżiċi u stabbiliti sew.
Jekk nibdew mill-premessa li t-tagħlim huwa ta' benefiċċju kemm għall-istudenti individwali kif ukoll għas-soċjetà kollha kemm hi, din il-fokus tematiku se tinvestiga kif jistgħu jinħolqu komunitajiet ta' tagħlim inklużivi, madwar l-ispazju Ewropew. Se tingħata attenzjoni partikolari dawn is-suġġetti: il-bliet tat-tagħlim; spazji terzi u spazji sikuri; żoni rurali; programmi ta' litteriżmu fil-familja; komunitajiet ta' tagħlim fuq il-post tax-xogħol; fehim ġdid tal-komunitajiet tat-tagħlim fl-ispazji tat-tagħlim virtwali, fiżiċi u mħallta; voluntiera u żvilupp tal-komunità; inizjattivi indirizzati lil gruppi vulnerabbli.
X'inhi l-esperjenza tiegħek? F'liema komunitajiet ta’ tagħlim qed tikkontribwixxi biex jikbru?
Temi relatati: Tagħlim Komunitarju, Spazji Komunitarji, Tagħlim mhux formali u informali, Inklużjoni soċjali
Kreattività u kultura għall-koeżjoni soċjali
Kif jista’ t-tagħlim tal-adulti jkollu rwol strateġiku li jimmaġina u jibni futur li huwa sostenibbli, inklużiv u sabiħ? Il-Bauhaus Ewropew il-Ġdid jista’ jintuża bħala boxxla biex jiġu żviluppati “postijiet, prattiki, u esperjenzi li jsaħħu, li huma sostenibbli u inklużivi” u b’hekk jikkontribwixxu għat-tiswir ta’ komunitajiet aktar reżiljenti. L-inkoraġġiment ta' djalogu bejn il-kulturi u l-appoġġ għall-emanċipazzjoni individwali u l-kuxjenza demokratika fl-istudenti adulti, l-edukazzjoni kulturali hija mutur ewlieni u faċilitatur tal-koeżjoni soċjali. Nistednuk taqsam riflessjonijiet u inizjattivi dwar il-kreattività u l-kultura fit-tagħlim tal-adulti. Ħossok liberu li tesplora spazji kulturali multidixxiplinarji (mużewijiet, libreriji, teatri – iżda wkoll spazji informali mibdula fi spazji ta’ tagħlim ġodda u innovattivi); għodod kreattivi u metodoloġiji għall-koeżjoni soċjali; tagħlim ta’ kulturi ta’ gruppi sottorappreżentati (eż. minoranzi u komunitajiet rurali); intelliġenza emozjonali.
Liema għodod kreattivi u metodoloġiji għall-koeżjoni soċjali qed tesperjenza? X'qed jiġri fi spazji kulturali u ekosistemi kreattivi emerġenti? Il-kreattività fl-ALE kif qed tgħaqqad lin-nies biex ixerrdu s-sbuħija u s-sens ta’ appartenenza? Kif nistgħu nsawru b'mod effettiv soċjetajiet inklużivi u ċċentrati fuq il-bniedem permezz tat-tagħlim tul il-ħajja?
Temi relatati: Kreattività, Diversità kulturali, Kultura
L-erba’ Fokus Tematiċi se jibqgħu magħna matul is-sena kollha, għalhekk titlifx iċ-ċans li tikteb Blog, jew Artiklu ta’ aħbarijiet, jew tissuġġerixxi Avveniment u taqsam Riżorsa!