chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

Blog

Donna Moore, Storja tal-Komunità mill-Iskozja, ir-Renju Unit

28/05/2020
minn Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN FR SK EL

Jiena Ħaddiem fl-Iżvilupp tal-Litteriżmu u tan-Numeriżmu fl-Adulti fil-Librerija tan-Nisa ta' Glasgow (il-link hija esterna). Jien nappoġġa lin-nisa fil-qari u l-kitba tagħhom fi kwalunkwe forma li dawn jistgħu jieħdu.
Jiena naħdem ma’ xi nisa li qatt ma tgħallmu jaqraw u jiktbu – għal ħafna raġunijiet; dawn setgħu esperjenzaw abbuż jew trawma, jew huma refuġjati, jew għandhom diżabilità fit-tagħlim. Nisa oħra qegħdin imorru lura lejn il-kulleġġi wara perjodu twil mingħajr apprendiment, jew jixtiequ jiktbu l-istorja tagħhom stess, jew jagħmlu tisliba, jew jaqraw poeżija. Jien ninvolvi ruħi wkoll f’ħafna affarijiet oħra – workshops ta’ kitba kreattiva, drama, kwalunkwe ħaġa relatata mal-istorja tan-nisa.

Naħseb li l-ewwel darba li smajt dwar l-EPALE kien fl-2016 meta bullettin jew minn Glasgow's Learning jew mir-RaPAL ġibidli l-attenzjoni lejn kwistjoni dwar l-inugwaljanza bejn il-ġeneri li tqajmet bejn wieħed u ieħor fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Jien irreġistrajt u bdejt naqra d-diskussjonijiet u nikkomunika fuq il-pjattaforma – mhux daqs kemm xtaqt, minħabba l-pressjoni fuq ix-xogħol, iżda kull meta stajt (u nista’) nidħol, dejjem ikun hemm xi ħaġa ta’ interess u xi diskussjonijiet li jqajmu l-ħsieb.

Fil-Librerija tan-Nisa ta’ Glasgow għandna tim żgħir tal-ALN (tlieta minna jaħdmu part-time) li bħalissa qiegħed jaħdem mid-dar. Aħna naħdmu ma’ nisa minn kull sfond, kultura, età, livelli ta’ kapaċità differenti - minn nisa li bl-ebda mod ma jistgħu jaqraw u jiktbu, għal nisa li, forsi, qegħdin imorru lura għall-kulleġġi wara waqfa twila u jixtiequ appoġġ fil-kitba ta’ komponimenti eċċ. B’mod ġenerali, il-biċċa l-kbira tan-nisa li naħdmu magħhom huma vulnerabbli, iżolati u jippreferu sessjonijiet wiċċ imb wiċċ.

Dak kollu li nagħmlu huwa mmexxi mill-istudent.

Aħna naħdmu mal-istudenti billi nagħmlu dak kollu li jixtiequ - sew jekk jiktbu poeżija, jagħmlu tisliba, joħolqu riċetti, jaqraw kotba tat-tfal, nappoġġawhom biex iżuru gallerija tal-arti, jiktbu CV, japplikaw għal impjiegi, jilagħbu Scrabble...

Meta beda l-Lockdown, kont tassew inkwetata għall-istudenti tagħna u dwar kif aħna se nkunu nistgħu nipprovdu appoġġ, iżda fl-aħħar ftit ġimgħat aċċertajt ruħi mill-ġdid minn dak li rnexxejna niksbu u mill-modi kreattivi li qed insibu biex naħdmu mal-istudenti.
Sfortunatament, il-faqar diġitali huwa problema – fil-fatt, il-faqar b’mod ġenerali huwa problema. Madankollu, ħafna minnhom għandhom il-mowbajls, u għalhekk qegħdin nużaw it-teknoloġija biex inżommu kuntatt - telefonati, WhatsApp, Zoom eċċ. Issetiljajna fin-normal il-ġdid tagħna u l-biċċa l-kbira tal-istudenti tagħna huma appoġġati minna. Żviluppajna dokumenti b’riżorsi mingħajr ħlas għall-istudenti; suġġerimenti għal dawk li għandhom it-tfal biex jappoġġaw it-tagħlim tal-familja, id-divertiment u l-edukazzjoni tat-tfal waqt li jkunu d-dar; u dettalji sempliċi u viżwali għall-istudenti dwar kif għandhom jirreġistraw għal Zoom permezz ta' laptop jew Smartphone.

Sfortunatament, għadd ta’ studenti qegħdin jitħabtu mal-burokrazija, jew qegħdin ifittxu l-ażil, jew għandhom problemi ta’ saħħa. Dawk iggwidajniehom lejn organizzazzjonijiet xierqa u żgurajna li dawk li huma fil-bżonn qed jirċievu pakketti tal-ikel u appoġġ ieħor. Xi wħud min-nisa għandhom responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal jew oħrajn tal-indukrar u l-litteriżmu u n-numeriżmu għandhom jitwarrbu għal ftit, iżda telefonata ta’ appoġġ, u xi ħadd li jisimgħek, huma tassew importanti.

Waħda mill-istudenti tiegħi llum qaltli li tħobb it-telefonati ta’ kull ġimgħa tagħna u tassew tkun qed tistenniehom bil-ħerqa. Dan huwa biżżejjed għalija biex inħoss li dak li qed nagħmel huwa siewi.

B’ħafna aktar, madankollu, għadna nimmaniġġjaw b’mod kreattiv is-sessjonijiet tal-litteriżmu. Għandi studenta li tħobb l-istorja Rumana tal-Qedem u qiegħda timpenja ruħha kontinwament f’kors mingħajr ħlas dwar dan is-suġġett. Qegħdin naqraw ix-xogħol tal-kors flimkien sabiex inkun nista’ nappoġġaha fil-qari u l-fehim. Studenta oħra għandha impjieg fejn trid tieħu l-minuti. Qed naqralha u hi qiegħda tieħu n-noti u tittajpjahom. Imbagħad nixxerjaw l-iskrins fuq Zoom u nirranġaw ix-xogħol tagħha. Din il-faċilità tal-iskrin ixxerjat u tal-Whiteboard fuq diversi pjattaformi online hija utli ħafna biex wieħed jaħdem fuq il-grammatika, l-ortografija, il-kitba ta’ djarji u l-kitba kreattiva ma’ bosta studenti oħra. Ma’ student ieħor qegħdin naħdmu fuq il-qari, il-fehim u l-kitba billi nużaw l-aktar 100 kelma li jintużaw ta’ spiss fl-Ingliż.
U waħda mill-istudenti tiegħi rreġistrat għal kors qasir fil-Psikoloġija Forensika. Din qiegħda tbati fih – kemm f’termini ta’ kontenut kif ukoll f’termini ta’ motivazzjoni – għalhekk jien irreġistrajt għall-kors ukoll, u qegħdin nagħmluh flimkien. Se nsir xhud tajjeb tar-reati fl-aħħar tal-kors! Sibt logħob tal-kliem online, taħbil il-moħħ li jinvolvi t-tiftix tal-kliem, tislibiet, li jien u l-istudenti nistgħu nagħmlu flimkien, online.

Għandna wkoll grupp żgħir li jismu Conversation Cafe fejn in-nisa li l-lingwa materna tagħhom mhijiex l-Ingliż jingħaqdu flimkien ma’ għadd ta’ tuturi u... ħeqq, ikollhom konverżazzjonijiet. Dan issa qed isir permezz ta’ Zoom u n-nisa, skont min ikun imissu, qegħdin jissuġġerixxu tema biex jitkellmu u jiktbu dwarha. 

Għandek tgħid, fil-fatt huwa rassikuranti ħafna li tikteb dak kollu u tirrealizza li xorta nistgħu nagħmlu xogħol utli u ta’ għajnuna mal-istudenti f’dawn iż-żminijiet strambi.
Min jaf, forsi wara li jgħaddi kollox, inkunu nistgħu nkomplu d-dispożizzjoni diġitali biex nilħqu saħansitra aktar studenti li ma jistgħux jiġu l-GWL għal kwalunkwe raġuni.

 

Qed nistennew bil-ħerqa li nismgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!


 

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

Qed jintwerew 1 - 1 minn 1
  • Corrina Hickman's picture

    It's really great to read about how you have been able to adapt the way you have been providing support to learners during this time, and find innovative  solutions. As you highlighted the digital divide remains a barrier for many learners. 
    EPALE UK (along with EPALE Ireland) are holding an event in June focusing on digital challenges and opportunities for community adult educators that may find interesting