Blog
Blog

L-Inizjattiva dwar l-Istejjer tal-Komunità

Minn mindu feġġ il-COVID-19, il-ħajja fid-djar u tal-familja tagħna ġiet imxekkla b’mod sinifikanti u lkoll kemm aħna kellna nadattaw għal modi ġodda ta’ xogħol, li sa ftit ġimgħat ilu biss, ma konniex naħsbu li kienu possibbli. Fi ħdan il-Komunità tat-Tagħlim għall-Adulti, bosta edukaturi tal-adulti qed jaħdmu qatigħ biex jiżviluppaw tagħlim onlajn innovattiv, soluzzjonijiet ta’ tagħlim mill-bogħod u ta’ tagħlim elettroniku biex jindirizzaw l-isfidi ta’ dan l-ambjent ġdid ta’ taħriġ u jkomplu jappoġġaw lill-istudenti tagħhom matul dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza.Aktar minn qatt qabel, dan huwa ż-żmien li fih l-Edukaturi tal-Adulti jaqbdu, jaqsmu u jispiraw lil xulxin hawnhekk fuq l-EPALE. 

EPALE Community Stories.

Minn mindu feġġ il-COVID-19, il-ħajja fid-djar u tal-familja tagħna ġiet imxekkla b’mod sinifikanti u lkoll kemm aħna kellna nadattaw għal modi ġodda ta’ xogħol, li sa ftit ġimgħat ilu biss, ma konniex naħsbu li kienu possibbli. Fi ħdan il-Komunità tat-Tagħlim għall-Adulti, bosta edukaturi tal-adulti qed jaħdmu qatigħ biex jiżviluppaw tagħlim onlajn innovattiv, soluzzjonijiet ta’ tagħlim mill-bogħod u ta’ tagħlim elettroniku biex jindirizzaw l-isfidi ta’ dan l-ambjent ġdid ta’ taħriġ u jkomplu jappoġġaw lill-istudenti tagħhom matul dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza.Aktar minn qatt qabel, dan huwa ż-żmien li fih l-Edukaturi tal-Adulti jaqbdu, jaqsmu u jispiraw lil xulxin hawnhekk fuq l-EPALE. 

Sabiex jingħata bidu għall-kollaborazzjoni tal-komunità, qed niftħu sejħa għall-komunità kollha tat-tagħlim għall-adulti biex jaqsmu l-istejjer, l-esperjenzi u s-soluzzjonijiet tagħhom mal-kollegi tagħhom fuq l-EPALE.Irridu nisimgħu dwarek, il-motivazzjoni tiegħek, l-isforzi tiegħek biex tkompli l-edukazzjoni, l-opportunitajiet li jistgħu jġibu magħhom it-tagħlim elettroniku, it-tagħlim onlajn u l-mobilità virtwali; u l-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuqek u fuq xogħlok.L-istejjer mhux neċessarjament għandhom jirreferu għall-esperjenzi żviluppati matul l-emerġenza tal-Coronavirus, iżda għandhom possibbilment jispiraw soluzzjonijiet u strateġiji biex jitjiebu l-opportunitajiet ta’ tagħlim elettroniku, it-tagħlim onlajn u r-rikunsiderazzjoni tal-għoti ta’ tagħlim għall-adulti.

Kif tipparteċipa

Jekk jogħġbok aqsam l-esperjenza tiegħek magħna!1. Imla l-formola tal-internet.2. Tista’ tikteb bl-Ingliż jew bi kwalunkwe lingwa appoġġata mill-EPALE.Nixtiequ nsiru nafu lil dawk li qed jiffaċċjaw dawn iż-żminijiet diffiċli, għalhekk jekk jogħġbok inkludi stampa tiegħek, l-organizzazzjoni tat-tagħlim għall-adulti tiegħek jew stampa li tixtieq tassoċja mal-istorja tiegħek.3. Aħna se nippubblikaw l-istorja tiegħek fuq il-pjattaforma f’taqsima speċifika flimkien ma’ karta apposta bl-istampa tiegħek. Nistgħu nassigurawk li aħna se nimmobilizzaw il-mezzi promozzjonali u l-midja soċjali kollha tagħna biex inxerrdu l-esperjenzi tiegħek.4. L-Istejjer tal-Komunità kollha se jiġu kkompilati fi “Ktieb tal-Istejjer” li se jkun imfassal professjonalment u jiġi ppubblikat f’format PDF. Il-Ktieb tal-Istejjer se jiġi “varat” f’avveniment xieraq tal-EPALE u se jitqassam permezz tal-mezzi tal-EPALE u tal-Erasmus+. Aqsam l-istorja tiegħek illum u għin biex tappoġġa lill-kollegi u l-ħbieb tiegħek minn madwar l-Ewropa! 

How to participate.

Dħalt fuq l-EPALE għall-ewwel darba?

L-EPALE hija komunità ta’ sħubija miftuħa ta’ professjonisti fit-tagħlim għall-adulti li għandha l-għan li tappoġġa u tgħaqqad il-komunità tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa.           Irreġistra llum u aqsam l-esperjenzi, l-ideat u r-riżorsi tiegħek mal-kollegi tiegħek tal-edukazzjoni għall-adulti minn madwar l-Ewropa kollha!  

Login (58)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.
Switch Language

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More