Skip to main content
Blog
Blog

Biex it-tagħlim għall-adulti jkompli jsir aktar aċċessibbli

Id- Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilita’ fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol bħalissa qed jikkoordina l-proġett tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim għall-Adulti, li jkopri tagħlim fil-komunità u l-promozzjoni għat-tagħlim għall-adulti f’Malta. Daniela Blagojevic Vella, Assistent Direttur tad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja, tispjega aħjar ix-xogħol li qed isir fi ħdan id-Direttorat biex it-tagħlim għall-adulti jkompli jsir aktar aċċessibbli għal kulħadd.

Id- Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilita’ fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol bħalissa qed jikkoordina l-proġett tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim għall-Adulti, li jkopri tagħlim fil-komunità u l-promozzjoni għat-tagħlim għall-adulti f’Malta. Daniela Blagojevic Vella, Assistent Direttur tad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja, tispjega aħjar ix-xogħol li qed isir fi ħdan id-Direttorat biex it-tagħlim għall-adulti jkompli jsir aktar aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Kummissjoni Ewropea tagħraf il-ħtieġa li l-adulti kollha jtejbu l-ħiliet u l-kompetenzi personali u professjonali tagħhom imma konxja li l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim għadha waħda baxxa. Ix-xogħol tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim għall-Adulti f’Malta hu li taħdem b’mod dirett mal-Kummissjoni Ewropea u tara kif se ttejjeb din is-sitwazzjoni f’Malta.

“L-idea tal-Kummissjoni hi li t-tagħlim tal-adulti jkun prijorità fil-pajjiżi kollha, b’mod speċjali meta qed nitkellmu li nilħqu nies bejn l-etajiet ta’ 25 u 64 sena, speċjalment dawk li huma l-iktar vulnerabbli jew m’għandhomx ħiliet bażiċi. L-UE tagħtina fondi biex nilħquhom aħjar u anki ntejbu l-politka, ir-riċerka u fl-aħħar mill-aħħar l-implimentazzjoni ta’ dak li għandu x’jaqsam ma’ tagħlim tul il-ħajja,” spjegat Daniela Blagojevic Vella, l-Assistent Direttur tad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja kif ukoll il-Koordinatur Nazzjonali għall-Aġenda f’Malta.

Titkellem dwar x’qed isir f’Malta.

“Fl-2014 Malta ppubblikat il-politka għat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2020. Fuq livell nazzjonali, il-prijoritajiet qegħdin hemm. Biss bl-Aġenda Ewropea hemm iżjed valur. Xogħolna hu li naraw jekk il-prattiċi humiex jaħdmu u x’qed isir barra minn Malta. Il-parteċipazzjoni bħala koordinatur nazzjonali tgħinna naraw l-affarijiet b’mod sħiħ kif ukoll ikun hemm skambju dirett waqt li naħdmu hands-on ma’ pajjiżi oħra,” żiedet tgħid is-Sa Blagojevic Vella.

Kompliet tgħid: “Malta ħadmet ħafna mal-Irlanda. Fil-fatt ħa nniedu proġett ġdid fl-aħħar ta’ Frar li jiffoka fuq kif l-adult ikun jista’ jagħraf x’ħiliet għandu hu nnifsu, u anka jkun jista’ jifhem aħjar x’inhi l-offerta ta’ tagħlim li hemm kif ukoll itejjeb il-ħiliet tiegħu. Hu proġett mal-Irlanda u n-Norveġja bl-isem ‘Check-in Take-off’.”

L-istess proġett qed jagħti wkoll prijorità lir-rwol tal-edukatur. Fis-settur qed issir ħidma biex ikun hemm iktar professjonalizzazzjoni. Min qed jgħallem ukoll irid jingħata l-ħiliet meħtieġa biex jilħaq lill-adult b’mod effettiv. Bil-fondi tal-UE, id-Direttorat seta’ jinvesti fl-edukaturi tiegħu u jħejji programmi apposta biex l-għalliema jispeċjalizzaaw fit-tagħlim tal-adulti. Dax-xogħol se jkompli permezz tal-Università. Fil-fatt twaqqaf dipartiment speċjalizzat f’dal-qasam: Department of Arts, Open Communities and Adult Education.

“L-aspett l-ieħor hu li ntejbu d-diversità ta’ korsijiet offruti lill-adulti u li dak li noffru jkun ta’ kwalità, flessibbli u addattat għall-bżonnijiet tagħhom. Qed inkunu iktar iffukati fuq dak li għandhom bżonn nies differenti. Ir-realtà hi li hemm ħafna nies li jaħdmu u/jew huma ġenituri. Allura għandhom ħin limitat ħafna għat-tagħlim. Irridu naraw li dak li noffru u kif noffruh hu komdu u addattat. Diffiċli tmur għall-kors u tibqa’ ssegwih għax l-ikbar diffikultà hi l-ħin. Għalhekk it-tagħlim irid ikun flessibbli u l-korsijiet qegħdin isiru fil-komunità bħall-kunsilli lokali u ċentri differenti,” qalet l-Assistent Direttur.

Parti mix-xogħol tal-Aġenda Ewropea hu li tagħmel reviżjoni tal-korsijiet sabiex ittejjibhom kif ukoll tara xi prattiċi qegħdin isiru lil hinn minn Malta.

“Qegħdin naħsbu f’aspetti oħra fosthom ħinijiet differenti u anke hux possibbli li ċerti korsijiet jibdew jingħataw online. L-aspett l-ieħor li qegħdin naħdmu fuqu hu kif se nilħqu lin-nies.

“Irridu ninsistu u ndaħħlu l-idea li m’għandekx għalfejn tistħi li tkompli titgħallem. Fadal ħafna xi jsir u trid tibda tidħol iktar il-kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja flok dik li taqdik għal ftit – li titgħallem għax għandek bżonn daċ-ċertifikat jew dak il-kors. Id-dinja qed tinbidel u t-tagħlim sar għandu rwol iktar importanti għall-benesseri tal-bniedem.”

Login (0)

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More