Ziņu sadaļa
L-EAEA tħabbar sejħa għall-Premju Grundtvig 2018
Bil-Premju Grundtvig 2018, l-EAEA għandha l-għan li tqajjem kuxjenza, fuq livell Ewropew, dwar l-importanza ta' kooperazzjonijiet u sħubiji fl-edukazzjoni tal-adulti, u li tispira sħubiji u koperazzjonijiet ġodda fl-edukazzjoni tal-adulti.
Se jingħataw premjijiet għal kooperazzjoni u sħubiji għal tliet kategoriji:
Proġetti Ewropej
Proġetti minn barra l-Ewropa
Proġetti fuq livelli nazzjonali jew reġjonali
Mhuwiex obbligatorju li l-proġetti jiġu appoġġjati mill-Kummissjoni Ewropea jew li jkunu proġetti Grundtvig/Erasmus +.
Ara kif tipparteċipa fl-EAEA 2018 Grundtvig Award
Skadenza tal-applikazzjoni: 15 ta’ April 2018
Sors: EAEA

- Vai vēlaties komentēt? Piesakieties vai reģistrējieties
| Pievienojieties mums