chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Eiropas Pieaugušo izglītības e-platforma

Emuārs

Li Taqsam l-Aħjar Prattiki fit-Tagħlim tal-Ingliż għal persuni li għandhom 50 sena jew aktar

06/02/2020
Katrin Langa
Valoda: MT
Document available also in: EN RO ET

“Li Taqsam l-Aħjar Prattiki fit-Tagħlim tal-Ingliż għal persuni li għandhom 50 sena jew aktar” huwa proġett internazzjonali li fi qed jieħdu sehem għalliema/studenti tal-lingwa Ingliża mill-Polonja, ir-Rumanija, u l-Estonja. Il-proġett ġie implimentat bħala parti mill-programm Erasmus+ għall-Edukazzjoni tal-Adulti, Azzjoni 2. L-għan ewlieni tal-proġett/kooperazzjoni kien li jiġu skambjati esperjenzi fil-qasam tat-tagħlim tal-Ingliż lil studenti li għandhom 50 sena jew aktar.

Modern Languages Centre, il-koordinatur tal-proġett mill-Polonja, mexxa b’suċċess lezzjonijiet tal-Ingliż speċifikament għall-anzjani għal aktar minn 10 snin. Meta implimentat il-proġett, l-istituzzjoni ta’ koordinazzjoni riedet tiġbed l-attenzjoni għall-bżonnijiet u l-ostakli speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fit-tagħlim ta’ lingwi barranin lil studenti anzjani. Għalkemm il-proġett inizjalment kien immirat lejn il-grupp ta’ nies li għandhom 50 sena jew aktar, waqt il-kors tal-iskambju ta’ esperjenzi fi ħdan is-sħubija, ġie deċiż li jkun aktar xieraq li jkun hemm enfasi fuq l-istudenti tal-lingwi li għandhom 60 sena u aktar/70 sena u aktar.

Wieħed mill-fatturi ewlenin (apparti l-età) li jistgħu jwasslu biex ikun hemm ostakli speċifiċi fit-tagħlim tal-lingwi huwa l-istatus fis-suq tax-xogħol. Nies li jibqgħu attivi professjonalment jirrappurtaw u jħossu, fi stadju ferm aktar tard, li huwa aktar diffiċli għalihom biex jitgħallmu lingwa barranija milli għal studenti iżgħar fl-età. L-għalliema li pparteċipaw fil-proġett enfasizzaw ukoll li jistgħu jaraw id-differenza fit-tagħlim ta’ studenti adulti li għadhom jaħdmu b’mod attiv u dawk li rtiraw.

Ir-riżultat tal-proġett huwa “Is-Sett ta’ Għajnuniet u Linji Gwida għat-tagħlim tal-Ingliż f’gruppi ta’ persuni li għandhom 50 sena jew aktar” - materjal maħluq permezz tal-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-iskejjel u l-għalliema involuti fil-proġett, it-tagħlim ta’ gruppi ta’ persuni anzjani u ta’ etajiet imħallta.

Matul is-sitt laqgħat tal-proġett, għalliema mill-iskejjel parteċipanti osservaw il-lezzjonijiet ta’ xulxin, ħadu sehem f’sessjonijiet ta’ ħidma u ddiskutew l-ideat li rċevew mil-lezzjonijiet osservati. Element importanti ta’ kull laqgħa kien li jiġu skoperti prodotti ġodda kif ukoll elementi komuni fl-istrutturi tal-iskejjel u metodi ta’ tagħlim adottati. Bħala l-qofol tal-proġett, f’Ġunju 2019 saret sessjoni ta’ taħriġ għal 16-il għalliem fil-Polonja permezz tar-riżultati tal-proġett u l-għarfien komuni.

L-iskejjel kollha parteċipanti jiddeterminaw il-livelli tal-lingwa tagħhom fuq il-bażi tal-Qafas ta’ Referenza Komuni Ewropew (CEFR). Madankollu, l-iskejjel kollha jużaw sistema kemxejn differenti fit-tismija tal-livelli fl-iskejjel. Il-livelli magħżula għall-paragun fil-proġett huma: A2.2 (l-Estonja), A2.3 (ir-Rumanija) u A2 + (il-Polonja). Deskrizzjoni dettaljata tas-sistemi tat-tagħlim u l-qafas tal-livelli magħżula ta’ kompetenza tal-lingwa f’kull skola hija pprovduta fl-ewwel parti tas-“Sett ta’ Għajnuniet u Linji Gwida għat-tagħlim tal-Ingliż f’gruppi ta’ persuni li għandhom 50 sena jew aktar”.

It-tieni aspett li jiddistingwi t-tliet pajjiżi parteċipanti minn xulxin huwa s-sitwazzjoni ekonomika tal-anzjani, l-età tal-irtirar tagħhom, u l-aċċess għall-edukazzjoni. L-Estonjani jinsabu fl-aħjar sitwazzjoni, l-istennija tal-għomor tagħhom hija l-itwal, jirtiraw ta’ età akbar u għandhom l-aktar aċċess faċli għall-edukazzjoni. L-agħar sitwazzjoni tinsab fir-Rumanija fejn il-perċentwal ta’ nies b’edukazzjoni għolja fil-grupp ta’ persuni li għandhom 50 sena jew aktar huwa l-inqas fil-pajjiżi msieħba; l-istennija tal-għomor hija l-iqsar, u l-aċċess għall-edukazzjoni spiss huwa limitat mill-finanzi. Ta’ min jenfasizza, li minkejja firxa wiesgħa ta’ attivitajiet jistgħu jkunu involuti fihom l-anzjani, ir-rati ta’ pagi aktar baxxi tagħhom spiss jillimitaw l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni. Il-fuljett jinkludi paragun tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tal-anzjani fil-pajjiżi msieħba.

L-aktar għan importanti tal-proġett kien li jinħoloq sett ta’ pariri universali li, irrispettivament mid-differenzi kulturali, jgħinu lill-għalliema biex iwettqu lezzjonijiet għal gruppi ta’ studenti anzjani. Sar stħarriġ fl-iskejjel kollha involuti fil-proġett, fost studenti anzjani u l-għalliema tagħhom, li jidentifika l-bżonnijiet edukattivi tal-anzjani fil-qasam tat-tagħlim tal-Ingliż u l-aktar ostakli komuni li jiffaċċjaw. Bħala riżultat, it-tim tal-proġett kien kapaċi jiddetermina l-ostakli fl-edukazzjoni lingwistika tal-anzjani, u fformula wkoll sett ta’ pariri biex jegħlibhom.

Ostakli definiti huma:

  • Aċċess limitat għal materjali bl-Ingliż fid-dinja reali (eż. YouTube, Netflix, podcasts, eċċ.).
  • Riluttanza biex jadattaw għal tekniki ta’ tagħlim kontemporanji.
  • Riluttanza biex jadattaw għal ambjenti ġodda tat-tagħlim.
  • Ħtieġa ta’ aktar inkoraġġiment biex jiġi miġġieled in-nuqqas ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet lingwistiċi.
  • Anqas opportunitajiet biex jipprattikaw l-Ingliż barra l-klassi.
  • Dipendenza akbar fuq l-inkoraġġiment bħala motivatur.
  • Assimilazzjoni aktar bil-mod ta’ materjali ġodda (eż. punti grammatiċi jew unitajiet lessikali ġodda).


Abbażi tal-pariri, tmexxew lezzjonijiet pilota fl-iskejjel kollha li qed jipparteċipaw. Fl-istħarriġ miġbur wara l-lezzjonijiet, l-għalliema ġew mistoqsija dwar l-utilità tal-parir, u l-istudenti ġew mistoqsija jekk innotawx xi differenza fit-tmexxija tal-lezzjonijiet.

L-għalliema sabu l-pariri utli, innotaw ukoll reazzjoni pożittiva fost is-semmiegħa tal-bidliet introdotti.

Min-naħa l-oħra, skont l-istudenti, il-lezzjonijiet inftiehmu aktar, kienu aktar interessanti, l-atmosfera kienet isbaħ u l-materjal kien aktar adattat għall-bżonnijiet tagħhom.

Filwaqt li ġabru materjal għas-sett ta’ pariri, l-għalliema taw ukoll xi pariri dwar kif wieħed jipprepara aħjar il-lezzjonijiet għall-anzjani meta mqabbla mal-adulti iżgħar fl-età:

  • Għandha tiġi kkunsidrata l-età (flimkien ma’ karatteristiċi oħra tal-personalità).
  • Ikkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-ħajja għal studenti li għandhom ‘50 sena jew aktar meta toħloq ambjent ta’ klassi stimulanti.
  • Ħalli aktar ħin għal spjegazzjonijiet, tranżizzjonijiet u eżerċizzji.
  • L-eżerċizzji ta’ smigħ għandhom jiġu mmarkati u ripetuti aktar.
  • Fażijiet itwal ta’ preparazzjoni għal-logħob ta’ rwol.
  • Possibbilment tkun meħtieġa aktar enfasi (drilling).
  • Jistgħu jiġu bżonn aktar eżempji tal-lingwa fil-mira u/jew it-traduzzjoni.
  • Valutazzjoni inqas rigoruża; valutazzjoni aktar informali.
  • Ikkunsidra li tagħti feedback b’mod aktar diplomatiku.
  • Adatta l-kontenut tal-lezzjoni biex ikun xieraq għall-interessi u l-prijoritajiet tal-istudenti.
  • Aġġusta l-approċċ tat-tagħlim tiegħek għall-età tal-istudenti tiegħek. Nies ta’ etajiet differenti għandhom bżonnijiet edukattivi differenti (il-biċċa l-kbira tal-istudenti li għandhom 50 sena jew aktar għadhom jaħdmu filwaqt li l-maġġoranza tal-istudenti li għandhom 70 sena jew aktar huma rtirati).

Ir-riżultati tal-proġett u pariri dwar kif jistgħu jingħelbu l-ostakli fit-tagħlim tal-Ingliż lil studenti li għandhom 50 sena jew aktar jistgħu jinsabu HAWNHEKK

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

Tiek rādīts 1. - 1. no 1
  • Lietotāja Ingrid Spitz attēls
    Vanemaealiste keeleõppe vajadused ja tõkked on sarnased ning ei sõltu valitud keelest, mida õpitakse. Nii on Ida-Virumaal eesti keele õpetamiseks ja keelehuvi tekitamiseks kasutusele võetud mitmeid erinevaid õppevorme lisaks traditsioonilistele kursustele. Populaarsed on keeleklubid, keelekohvikud, tandemõpe jne. Osalejate hulgas on palju 50+ õppijaid, keda ongi rohkem vaja julgustada keelt kasutama, samuti harjutada uute õpetamismeetoditega. Kui leida õige tee 50+ õppijani, siis tänulikumat ja motiveeritumat õppijat on raske leida.