chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Piattaforma elettronica per l'apprendimento degli adulti in Europa

 
 

It-trawwim ta’ kultura ta’ tagħlim fuq ix-xogħol

Agħmel l-aħjar użu minn EPALE billi tidħol fil-kont tiegħek. Dan jippermettilek tikklassifika l-kontenut u li tikkummenta fuqu, u jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa ta' karatteristiċi tagħna.

Għeżież kollegi ta’ EPALE,

Diċembru kien it-tmiem tal-fokus tematiku tagħna tal-perjodu ta' tliet xhur fuq it-tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol. Matul dan iż-żmien, esplorajna fid-dettall xi sfidi għandna quddiemna rigward it-tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol u kif it-tagħlim fuq il-post tax-xogħol jista' jkun ta’ benefiċċju għall-kumpaniji, u ġbarna eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-Ewropa. Żur il-paġna tematika tagħna Tagħlim fuq il-post tax-xogħol biex tesplora l-posts tal-blog, ir-riżorsi u l-istudji tal-każijiet kollha li l-komunità tikkondividi (il-kontenut ivarja skont il-preferenza lingwistika tiegħek).

Il-koordinatur tematiku tagħna Markus Palmén  ħejja artikolu fil-qosor li fih il-punti ewlenin tal-fokus tematiku tagħna fuq it-tagħlim fuq il-post tax-xogħol.

 

#EPALEandMe

 

Bi pjaċir inħabbru r-rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-fotografija #EPALEandMe! L-aħjar 10 ritratti ntgħażlu minn ġurija u kull rebbieħ irċieva premju speċjali - kamera Fujifilm Instax.

 

L-aktar posts reċenti tal-blog

Podcast ta’ EPALE:Tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol (EN, EL)

Il-Koordinaturi Tematiċi tagħna Gina EbnerMarkus PalmenSimon Broek, iltaqgħu biex jiddiskutu jekk il-qsim tax-xogħol huwiex qed jistimula t-tagħlim.

National validation network – a reality check for EU visions (Netwerk ta’ validazzjoni nazzjonali – lura għar-realtà għall-viżjonijiet tal-UE) (EN)

Aqra l-intervista tagħna man-Netwerk Nazzjonali ta' Validazzjoni tal-NVL fil-Finlandja dwar il-viżjoni tagħhom għal politiki ta' validazzjoni tal-UE.

Tagħlim fuq il-post tax-xogħol: kulħadd igawdi (EN)

Gina Ebner irriflettiet fuq ir-raġuni għaliex jista’ jkun hemm xi nuqqas ta’ ftehim bejn is-settur tat-tagħlim għall-adulti mhux formali u s-settur privat.

Four steps towards a learning culture at work (Erba’ passi lejn kultura ta’ tagħlim fuq il-post tax-xogħol) (EN, PL)

Kif tista’ titrawwem kultura ta’ tagħlim fuq il-post tax-xogħol f’erba’ passi? Il-koordinatur tematiku Markus Palmén jaqsam pariri li għenuh jagħmel it-tagħlim vizzju fil-karriera tiegħu.

Adults in apprenticeships as a driver for change (Adulti f’apprendistati bħala xprunaturi għall-bidla) (EN)

Simon Broek kiteb dwar kif l-apprendistati għall-adulti jistgħu joħolqu ambjent fejn kumpaniji jsiru organizzazzjonijiet tat-tagħlim u l-impjegati jibdew jitgħallmu matul il-ħajja.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

F’Diċembru ġraw ħafna affarijiet fis-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa.

It-tim ta’ EPALE jixtiqilkom il-festi u s-sena t-tajba!