chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

EPALE A felnőttkori tanulás elektronikus európai platformja

 
 

Forrás

Rapport dwar ir-Riċerka Profil ta’ Tagħlim għall-Edukaturi fil-Qasam tat-Tagħlim tal-Adulti fil-Ħabsijiet u Faċilitajiet Korrettivi

Nyelv: MT
Document available also in: EN SL PT

Megosztotta Eva ALOS MELCHOR

L-għan tal-proġett huwa li jtejjeb il-livell fil-kontenut u t-tfassil ta’ edukazzjoni għall-adulti fil-ħabs, kif ukoll it-titjib fid-dimensjoni tat-tagħlim fil-ħabsijiet fil-pajjiżi msieħba. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-proġett huwa mqassam f’pakketti ta’ 8 sezzjonijiet, iffukati fuq il-ġestjoni, ir-riċerka, l-iżvilupp ta’ kontenut ta’ tagħlim, ittestjar ta’ materjal, l-implimentazzjoni u t-tixrid tar-riżultati. L-iżvilupp tal-profil ta’ kompetenzi għall-professjonisti tat-tagħlim tal-adulti huwa assoċjat mal-pakkett numru 2 – riċerka, u ġie kkoordinat mill-imsieħba mill- Prison Officers Training Centre - Arad Penitentiary. Inkluz f’dan il-pakkett, l-attivitajiet prinċipali huma l-identifikazzjoni tal-kompetenzi, mudelli ta’ kompetenzi u valutazzjoni tal-kompetenzi. L-identifikazzjoni tal-kompetenzi tinkludi informazzjoni nazzjonali disponibbli dwar id-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet, ir-rwoli u l-ambjenti tax-xogħol relatati mal-impjieg u l-identifikazzjoni tal-għarfien rilevanti, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa mill-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti fil-ħabsijiet. Fl-istadju tal-mudelli ta’ kompetenzi, l-informazzjoni miġbura tigi użata fl-iżvilupp ta’ profil ta’ kompetenzi konsistenti għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti fil-habsijiet, filwaqt li l-assessjar u l-valutazzjoni tal-kompetenzi tirreferi għall-verifika mal-partijiet interessati li s-sett ta’ kompetenzi identifikati li jiffurmaw il-profil huwa wieħed komplut, konsistenti u realistiku. Is-sett ta’ kompetenzi, għalkemm żviluppat abbażi ta’ informazzjoni migbura mill-imsieħba kollha, mhux se jkun applikat bl-istess mod fil-pajjiżi kollha. Jigi kkunsidrat ukoll li f'xi każijiet, xi regoli huma diġà fis-seħħ, filwaqt li għal oħrajn dawn jistgħu jkunu inqas rilevanti minħabba fil-kulturi ta’ tagħlim, strutturi jew regolamenti tal-gvern differenti.

Riżultati li ħarġu mir -riċerka dwar l-identifikazzjoni ta’ kompetenzi mudelli u assessjar, matul il-proġett EIS-ALP 539414-LLP-1-2013-1-RO-GRUNDTVIG-GMP.

Forrásszerző(k): 
EIS-Alp project
Közzététel dátuma:
péntek, 10 október, 2014
A dokumentum nyelve
Forrástípus: 
Tanulmányok és jelentések
Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn