Eżempji ta’ ispirazzjoni mit-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol
Uża l-EPALE bl-aħjar mod billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan jippermettilek tikklassifika u tikkummenta dwar il-kontenut, u jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa ta’ karatteristiċi tagħna.
Għeżież kollegi ta’ EPALE,
F’Novembru, il-fokus tematiku ta’ EPALE baqa' fuq it-tagħlim tal-adulti fuq il-post tax-xogħol. Matul dan iż-żmien, it-timijiet u l-komunità nazzjonali ta’ EPALE ppubblikaw għadd ta’ studji ta' każijiet, artikli, rapporti u riżorsi oħrajn ta’ ispirazzjoni dwar is-suġġett. Żur il-paġna tematika tagħna It-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol sabiex issibhom (il-kontenut ivarja abbażi tal-preferenza tal-lingwa tiegħek. Tinsiex iżżur EPALE b’mod regolari għal kontenut ġdid!
Bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru, EPALE organizzat avveniment online għall-ġbir ta’ proġetti ta’ suċċess dwar it-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol. Kellna diversi kontributi minn firxa wiesgħa ta’ professjonisti tat-tagħlim tal-adulti minn 20 pajjiż Ewropew. Aħna nirringrazzjaw lil kull min qasam il-kontribuzzjonijiet imprezzabbli tiegħu mal-komunità ta’ EPALE! Aqra dan l-artiklu li fih taqsira mill-moderatur tal-avveniment, Andrew McCoshan. |
L-aktar blog posts riċenti
Three voices: How to future-proof our skills? (Tliet vuċijiet: Kif jistgħu l-ħiliet tagħna jibqgħu validi għall-futur?) (EN, EL, FI)
Markus Palmén għamel invervisti bil-vidjo lil tliet esperti mis-setturi tal-previżjoni, tar-rappreżentazzjoni tal-istudenti u tal-industrija dwar il-futur tat-tagħlim tul il-ħajja u l-ħiliet fuq il-post tax-xogħol.
I don’t want to learn (Ma rridx nitgħallem) (EN, RO, ES)
Kif nistgħu nerġgħu nagħmlu t-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u t-tagħlim tal-adulti b’mod ġenerali attraenti għall-istudenti? Gina Ebner qasmet ir-riflessjonijiet tagħha.
Eżempji ta’ ispirazzjoni (EN, EL, CS) u sitt sfidi (EN, RO) tat-tagħlim diġitali fuq il-post tax-xogħol
F’dawn iż-żewġ artikli, il-Koordinatur Tematiku ta’ EPALE Andrew McCoshan eżamina l-opportunitajiet u l-isfidi involuti fit-tagħlim diġitali fuq il-post tax-xogħol.
Xi rwol jista’ jkollhom il-fornituri tat-tagħlim tal-adulti fit-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol? (EN)
Xi rwol jista’ jkollhom il-fornituri tat-tagħlim tal-adulti fit-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol? Aqra dan l-artiklu minn Simon Broek biex issir taf.
Iċ-Ċentri għall-Eċċellenza Vokazzjonali: xi jfissru għall-għalliema u għal min iħarreġ? (EN)
Iċ-Ċentri għall-Eċċellenza Vokazzjonali qed jiżviluppaw f’komponent importanti tal-politika dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali tal-UE. Aqra dan l-artiklu biex titgħallem dan xi jfisser għall-prattikanti fis-settur.
Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa
Novembru kien xahar impenjattiv fis-settur tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa:
- Fil-Portugall ittella’ forum għar-riflessjoni dwar it-tagħlim tal-adulti. L-għan tal-avveniment kien li jiġi diskuss kif l-illitteriżmu fost l-adulti jista’ jiġi indirizzat, u kif wieħed jiffamiljarizza lill-parteċipanti mal-metodoloġiji differenti. (PT)
- Sadanittant il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Latvja organizza forum tal-edukazzjoni għall-adulti biex jiddiskuti l-opportunitajiet u l-isfidi tal-edukazzjoni għall-adulti fuq il-post tax-xogħol u biex jenfasizza l-prattiki fit-tħarriġ tal-impjegati. (LV)
- Fil-Finlandja, il-gvern ippropona l-allokazzjoni ta’ EUR 20 miljun għas-servizzi tal-edukazzjoni u tal-impjiegi ta’ impatt kbir. Il-finanzjament se jappoġġja opportunitajiet ta’ taħriġ eżistenti u jħejji lill-adulti għall-bidliet fil-ħajja tax-xogħol. (FI)
| Csatlakozzon hozzánk