chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

EPALE A felnőttkori tanulás elektronikus európai platformja

 
 

It-tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol

Agħmel l-aħjar użu minn EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan jippermettilek tikklassifika u tikkummenta dwar kontenut, u jagħtik l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ elementi tagħna

Għeżież kollegi ta’ EPALE,

Bejn Ottubru u Diċembru, EPALE se jkollu enfasi tematika fuq it-tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol. Matul dan iż-żmien, it-timijiet nazzjonali ta’ EPALE u l-komunità sejrin jippubblikaw għadd ta’ studji tal-każijiet, artikli, rapporti ta’ ispirazzjoni u riżorsi oħra dwar is-suġġett. Żur il-paġna tematika tagħna It-tagħlim fuq il-post tax-xogħol biex issibhom (il-kontenut ivarja skont il-preferenza lingwistika tiegħek. Tinsiex iżżur EPALE regolarment għal kontenut ġdid!

Kont involut fi proġett ta’ suċċess immirat lejn it-titjib jew l-introduzzjoni tal-innovazzjoni fit-tagħlim fuq il-post tax-xogħol? Forsi taf b’inizjattiva li timmira li tħarreġ lill-mentors u lill-impjegaturi biex jipprovdu tagħlim fuq il-post tax-xogħol? Aqsam il-proġett ta’ suċċess tiegħek bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru fuq din il-paġna u għin biex tispira lill-komunità tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa! 

L-istejjer kollha maqsuma hawnhekk sejrin jiġu inklużi fil-bullettin ta’ kull xahar tagħna.

 

Għidilna x’taħseb

Aħna napprezzaw il-feedback li nirċievu mill-komunità ta’ EPALE. Aħna napprezzaw jekk int tieħu ftit minuti biex timla l-istħarriġ annwali tal-utenti tagħna u tgħinna nitjiebu!

Agħmel l-istħarriġ ta’ EPALE

 

L-aktar posts riċenti fuq il-blogg

Nużaw il-Ġerarkija tal-Ħtiġijiet ta’ Maslow biex ningaġġaw lill-adulti żgħażagħ li jinsabu l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol (EN)

Is-sid u d-direttur ta’ ConnectMore Solutions, Richard Hazledine, qasam ma’ EPALE kif il-proġett YaS għen lill-adulti żgħażagħ li jinsabu ’l bogħod mis-suq tax-xogħol isibu impjieg.

It-tradizzjoni tal-edukazzjoni għall-adulti fl-Ewropa: Id-DanimarkaIl-ĠermanjaL-Irlanda (MT)

F’serje ta’ tliet intervisti, Aizhana Khasanova eżaminat l-istorja tal-edukazzjoni mhux formali għall-adulti fid-Danimarka, fl-Irlanda u fil-Ġermanja sabiex tikxef xi rwol għandha f’dawn il-pajjiżi.

Sommarju tad-diskussjoni online dwar l-istudenti vulnerabbli (EN)

Gina Ebner irriflettiet dwar id-diskussjoni online ta’ EPALE dwar kif it-tagħlim tal-adulti jista’ jintuża għall-inklużjoni soċjali tal-adulti vulnerabbli. 

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

F’Ottubru fis-settur tat-tagħlim tal-adulti seħħew ħafna affarijiet madwar l-Ewropa:

 

Agħmel l-aħjar użu minn EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan jippermettilek tikklassifika u tikkummenta dwar kontenut, u jagħtik l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ elementi tagħna.