chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - ríomhArdán d’Fhoghlaim Aosach san Eoraip

an tseomra nuachta

Inneħħu l-Ostakoli: Inħaddnu l-Litteriżmu permezz tal-Midja Diġitali

14/01/2016
ag Mahira Spiteri
Teanga: MT

Peer Learning Activity, 30 ta’ Novembru, 2015 – 4 ta’ Diċembru , 2015

 

Bejn it-30 ta’ Novembru u l-4 ta’ Diċembru, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja   organizza attività dwar il-Litteriżmu fost l-Adulti u l-Midja Diġitali. Din l-attività ġabet flimkien esperti fil-qasam diġitali u edukaturi fit-tagħlim għall-adulti minn Malta u minn madwar l-Ewropa. L-aġenda inkludiet taħlita ta’ kelliema  riċerkaturi u workshops.

 

Din l-attività hija parti mill-proġett Erasmus +, “Inneħħu l-Ostakoli: Inħaddnu l-Litteriżmu permezz tal-Midja Diġitali”. Dan għandu l-mira li jindirizza l-isfidi u l-ħtiġijiet li jeżistu fil-litteriżmu fost l-adulti u sabiex ‘jitneħħew l-ostakoli’ li jiffaċċjaw kemm l-istudenti kif ukoll edukaturi. Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja huwa l-koordinatur ta’ dal-proġett. L-imsieħba ġejjin mir-Renju Unit, l-Italja, Ċipru, l-Olanda, l-Maċedonja, in-Norveġja u l-Polonja.

 

Ms Vera Hutchinson, Professional Development Manager mill- University College London, fir-Renju Unit, għamlet l-ewwel preżentazzjoni tal-avveniment. Is-Sinjura Hutchinson sostniet li 1 minn kull 5 Ewropew ta’ 15-il sena m’għandhux il-ħiliet ta’ litteriżmu meħtieġa sabiex jiffunzjona fis-soċjetà. Sadanittant, is-Sinjura Vanessa Camilleri, mill-Università ta’ Malta, iffokat fuq it-teknoloġija u l-parti integrali li din għandha fis-soċjetà tal-lum. Għaldaqstant, hija spjegat, kif it-teknoloġija m'għandhiex tkun  mgħallma bħala suġġett għalih waħdu..

 

Matul l-attività, intwerew numru ta’ għodod diġitali eżistenti relatati mal-litteriżmu bażikugħall-użu kemm tal-istudenti adulti kif ukoll għal dawk li jgħallmu lill-adulti. Dawn kienu jinkludu toolkit diġitali Malti magħruf bħala iċ-Ċavetta, u pjattaforma diġitali Ġermaniża immirata kemm għan-nies tal-post kif ukoll għall-barranin, inklużi l-imigranti. Kien hemm ukoll preżentazzjoni dwar l-iskop tal-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE). Żewġ edukaturi fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti qasmu l-esperjenzi tagħhom u tkellmu dwar l-ostakoli fis-soċjetà għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim.

Is-Sinjura Vanessa Camilleri u Dr Maria Perifanos, Konsulent Edukattiv, għamlu analiżi tal-kunċett ta’ gamification’ u proġetti fi ħdan il-Massive Open Online Course. Huma wrew kif meta wieħed jieħu gost jagħmel xi ħaġa, bħal logħob bil-kliem, it-tagħlim isir għan li jista' jintlaħaq. Min-naħa tiegħu, Dr Doug Belshaw, minn Dynamic Skillset, evalwa l-kunċetti tal-litteriżmu bażiku u l-midja diġitali.

 

Din l-attività  kienet qed tittella’ regolarment fuq il-paġna tal-Facebook Adult Learning in Malta https://www.facebook.com/EPALE.MT u fuq il- Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE), fejn wieħed jista’ jsib ir-rapport sħiħ: http://ec.europa.eu/EPALE

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn Share on email