Diskussjoni tal-EPALE: Forniment ta’ Ħiliet Bażiċi fil-Ħabsijiet

Agħmel l-aħjar użu mill-EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan se jippermettilek li tikklassifika u tikkummenta dwar il-kontenut, u se jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa tal-funzjonijiet tagħna.

 

Għeżież kollegi tal-EPALE,

Bi pjaċir qed inħabbru li fis-17 ta’ Diċembru 2020 mis-2 pm sal-4 pm (CET) l-EPALE qed tospita diskussjoni online li se tindirizzal-forniment ta’ ħiliet bażiċi fil-ħabsijiet biex telabora dwar il-potenzjali tagħha li tappoġġa l-inklużjoni soċjali tal-adulti fil-ħabsijiet.

Id-diskussjoni se jkollha format ġdid fjamant ta’ xandir dirett b’esperti internazzjonali li se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fit-tema. Il-kelliema tagħna se jkunu James King (Kap tat-Tagħlim u l-Ħiliet mis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż u Segretarju ġdid tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni fil-Ħabsijiet) u Maria Toia (esperta tal-EBSN fl-edukazzjoni għall-adulti u l-pedagoġija tal-adulti).

Ingħaqad fid-diskussjoni u ppubblika l-kummenti u l-mistoqsijiet tiegħek għall-esperti tagħna hawnhekk!

 

L-aħħar Kontenut tal-EPALE

How digital arts can contribute to the social inclusion of elderly people (Kif l-arti diġitali tista’ tikkontribwixxi għall-inklużi soċjali tal-anzjani) (EN)

L-anzjani affettwati mid-dimenzja u mard deġenerattiv ieħor tal-moħħ jistgħu jibbenefikaw minn prattiki innovattivi, u t-taħriġ tal-professjonisti issa huwa essenzjali aktar minn qatt qabel.

Social inclusion of the ageing population: summary of the discussion’s contributions (L-inklużjoni soċjali tal-popolazzjoni li qed tixjieħ: sommarju tal-kontribuzzjonijiet tad-diskussjoni)(EN, SK, ES, CS, LV, ME)

Matul id-diskussjoni online dwar l-inklużjoni soċjali tal-popolazzjoni li qed tixjieħ u t-tagħlim interġenerazzjonali, l-EPALE ospitat ħafna kontribuzzjonijiet interessanti u rilevanti mill-komunità tagħha. Ejja nħarsu lejn x’ġara!

EPALE OER collection and MOOC on Introduction to Adult Numeracy Training (Ġabra ta’ riżorsi edukattivi miftuħa (OER) tal-EPALE u kors online miftuħ massiv (MOOC) dwar l-Introduzzjoni għat-Taħriġ dwar in-Numeriżmu għall-Adulti)(EN, DE, ES, HU, SV, EL, ME)

Għalkemm in-numeriżmu minn dejjem kien element essenzjali fil-programmi ta’ taħriġ fil-ħiliet bażiċi, ta’ spiss ma jkunx minn ta’ quddiem fil-politiki u l-prattika tal-ħiliet bażiċi. Għalhekk, il-ġabra ta’ OER u l-MOOC tagħna magħmula b’kollaborazzjoni man-Network Ewropew tal-Ħiliet Bażiċi se jkollhom l-għan li jipprovdu introduzzjoni għat-taħriġ dwar in-numeriżmu għall-adulti.

EPALE interviews: (Intervisti tal-EPALE:) Graciela Sbertoli – European Basic Skills Network (Graciela Sbertoli – Network Ewropew tal-Ħiliet Bażiċi)(EN, ES, EL, DE)

Tkellimna ma’ Graciela Sbertoli, is-Segretarja Ġenerali tan-Network Ewropew tal-Ħiliet Bażiċi, dwar kif is-settur tal-forniment tat-tagħlim għall-adulti qiegħed jirreaġixxi għall-pandemija attwali.

Mining Memories. (Memorji tal-Minjieri.) Mobile programmes for senior citizens (Programmi mobbli għal ċittadini anzjani) (EN, DE)

Kif tista’ l-kultura tinġieb lill-anzjani? Anja Hoffmann tirrapporta mill-Mużew Industrijali LWL dwar kif il-mużewijiet qegħdin jimmaniġġjaw l-interazzjoni bejn il-memorja, it-tixrid tal-għarfien u l-aċċessibbiltà.

 

Agħmel l-aħjar użu mill-EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan se jippermettilek li tikklassifika u tikkummenta dwar il-kontenut, u se jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa tal-funzjonijiet tagħna.

Imeachtaí atá ag teacht aníos