chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Plateforme électronique pour l'éducation et la formation des adultes en Europe

 
 

Kif sejjer inkun naf jekk avveniment huwiex ikkanċellat?

Xi drabi l-avvenimenti jiġu kkanċellati minħabba numru baxx jew ċirkustanzi mhux previsti. Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għall-kanċellazzjoni ta’ xi avveniment fil-kalendarju ta’ EPALE. Huwa rrakkomandat li l-utenti jivverifikaw il-websajts tal-avvenimenti individwali b’mod regolari biex jiżguraw li jkunu jafu dwar xi bidliet fl-avveniment.

Kif nista’ nsir naf dwar korsijiet ta’ taħriġ għall-professjonisti fit-tagħlim għall-adulti?

Iċċekkja l-kalendarju tagħna hawnhekk [link]. Il-kalendarju tagħna jipprovdi informazzjoni dwar korsijiet ta’ taħriġ fil-livell Ewropew u nazzjonali, inkluż avvenimenti online. Tista’ wkoll tagħmel tfittixija skont il-post jew il-lingwa tal-avveniment.



 

Kif insib avveniment partikolari?

Biex issib avveniment partikolari tista’ tagħmel tfittxija avvanzata u tinkludi l-lingwa u l-post fil-parametri tat-tfittxija. Jekk tibdel il-mod li bih jintwerew l-avvenimenti, dan jista’ jgħinek fit-tfittxija tiegħek. L-avvenimenti jistgħu jintwerew b’ħames modi differenti:

Nista’ nippowstja avveniment fuq il-kalendarju?

Jekk taf dwar xi avveniment jew qed torganizza wieħed (konferenza, avveniment, sessjoni ta’ taħriġ, korsijiet, MOOCs, eċċ.) għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti, tista’ tissottomettilna l-informazzjoni billi tibgħatilna email fuq helpdesk@epale-support.eu. Jekk jogħġbok innota li l-avveniment tiegħek jeħtieġ li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

  • L-avveniment huwa relatat ma’ tagħlim għall-adulti (inkluż C-VET)?

Kif nista’ nsir naf dwar l-avvenimenti dwar it-tagħlim għall-adulti?

Iċċekkja l-kalendarju tagħna hawnhekk [link]. Il-kalendarju tagħna jipprovdi informazzjoni dwar l-avvenimenti ta’ tagħlim għall-adulti fil-livell Ewropew u nazzjonali. Dawn jinkludu konferenzi, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, seminars ta’ kuntatt, avvenimenti ġenerali, korsijiet ta’ taħriġ, MOOCs u ħafna aktar. Tista’ wkoll tfittex għal avvenimenti skont il-lingwa jew il-post.



X’qalu l-utenti potenzjali ta’ EPALE dwar il-multilingwiżmu?

EPALE wettqet stħarriġ tal-utenti f’April-Mejju 2014 biex issir taf l-opinjonijiet tal-partijiet interessati fis-settur tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa dwar il-funzjonijiet proposti ta’ EPALE. L-istħarriġ wassal għal 1,914-il rispons minn 37 pajjiż u indika li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu ħassewhom komdi jużaw l-Ingliż.

F’liema lingwi qiegħda tiġi offruta EPALE?

EPALE hija multilingwi, b’xi kontenut ewlieni f’24 lingwa u xi karatteristiċi disponibbli f’6 lingwi ewlenin (l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol, it-Taljan, il-Ġermaniż u l-Pollakk). Jekk jogħġbok innota li EPALE qiegħda tiġi żviluppata bħalissa u sejrin jitqiegħdu għad-dispożizzjoni traduzzjonijiet b’mod gradwali.

Jiena ġurnalist/a – x’toffrili EPALE?

Bħala ġurnalist/a, jaf tixtieq iżżur il-kamra tal-aħbarijiet għall-aħħar aħbarijiet kollha dwar it-tagħlim għall-adulti. Barra minn hekk, is-sit joffri wkoll diversi għodod tassew ulti bħal kalendarju tal-avvenimenti u librerija ta’ riżorsi ta’ prattika tajba (li daqt tkun disponibbli), li tinkludi l-aħħar riżultati ta’ riċerka u sħarriġiet fit-tagħlim għall-adulti. Biex issib l-aħħar aħbarijiet kollha dwar it-tagħlim madwar l-Ewropa, EPALE huwa l-post li għandek iżżur.

Jiena persuna li nfassal il-politika involuta fit-tagħlim għall-adulti - x’toffrili EPALE?

Tista’ tuża ċ-ċentru tar-riżorsi ta’ EPALE (li daqt sejjer ikun disponibbli) biex issir taf dwar prattiki tajba, materjal pedagoġiku, riżultati ta’ riċerka, eċċ, li tista’ ssib ta’ interess għall-iżvilupp tal-politika u d-diskussjonijiet tiegħek.

Jiena persuna li nfassal il-politika involuta fit-tagħlim għall-adulti - x’toffrili EPALE?

Tista’ tuża ċ-ċentru tar-riżorsi ta’ EPALE (li daqt sejjer ikun disponibbli) biex issir taf dwar prattiki tajba, materjal pedagoġiku, riżultati ta’ riċerka, eċċ, li tista’ ssib ta’ interess għall-iżvilupp tal-politika u d-diskussjonijiet tiegħek.

Nirrappreżenta organizzazzjoni tat-tagħlim għall-adulti li qiegħda tfittex finanzjament – x’toffrili EPALE?

Għalkemm EPALE ma tipprovdi ebda finanzjament, il-pjattaforma tipprovdi informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Tista’ ssir taf aktar dwar dawn billi żżur il-websajt ta’ Erasmus+, il-programm il-ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet.

Jiena nirrappreżenta proġett ta’ tagħlim għall-adulti - x’toffrili EPALE?

Tista’ tuża ċ-ċentru tar-riżorsi ta’ EPALE (li daqt sejjer ikun disponibbli) biex issir taf dwar prattiki tajba, materjal pedagoġiku, riżultati ta’ riċerka, eċċ., li tista’ ssib ta’ interess għall-proġett tiegħek.

Id-diversi funzjonijiet interattivi, inkluż forums ta’ diskussjoni, sejrin jippermettulek tiskambja prattika tajba ma’ professjonisti oħra fl-Ewropa. Barra minn hekk, is-sit sejjer joffri faċilità ta’ tiftix tal-imsieħba, jekk tkun trid issaħħaħ is-sħubija attwali tiegħek.

Jiena parti minn network/organizzazzjoni ta’ tagħlim għall-adulti - x’toffrili EPALE?

Is-sit joffri diversi għodod tassew utli inkluż kalendarju ta’ avvenimenti, glossarju ta’ termini, rapporti speċifiċi għall-pajjiż, l-aħħar aħbarijiet dwar it-tagħlim għall-adulti u librerija ta’ riżorsi (li daqt tkun disponibbli).

Jiena akkademiku – x’toffrili EPALE?

EPALE tipprovdi repożitarju ta’ riżorsi ta’ tagħlim għall-adulti (li daqt ikun disponibbli) inkluż informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka, statistika u riżultati tal-istħarriġ, kif ukoll rapporti speċifiċi għas-settur u sejbiet. Sejjer ikollok ukoll l-opportunità li tikkummenta fuq bloggs attwali u tikkontribwixxi fid-dibattiti. EPALE tinkludi wkoll kalendarju ta’ korsijiet u avvenimenti, inkluż konferenzi ta’ livell għoli, li jaf tkun interessat li tattendi.

Jien professjonista tat-tagħlim għall-adulti - x’toffrili EPALE?

EPALE twaqqfet bik u l-professjonisti tat-tagħlim oħrajn inkonsiderazzjoni, biex tkunu tistgħu titgħallmu minn xulxin u tiżviluppaw il-prattika professjonali tagħkom. Is-sit huwa mmirat lejn l-għalliema, il-ħarrieġa, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika u l-professjonisti li jaħdmu fi ħdan is-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa kollha.

X’inhi d-definizzjoni ta’ EPALE ta’ professjonist tat-tagħlim għall-adulti?

It-terminu "professjonista tat-tagħlim għall-adulti" jinkludi firxa sħiħa ta’ nies u organizzazzjonijiet (inkluż netwerks, gruppi u voluntiera) li jaħdmu fis-settur tat-tagħlim għall-adulti. Dawn jistgħu jinkludu:

  • Fornituri tat-tagħlim għall-adulti (inkluż impjegaturi, universitajiet, NGOs, eċċ), għalliema, ħarrieġa, għalliema apprendisti u voluntiera;

  • Akkademiċi, studenti, riċerkaturi;

X’għandha x’taqsam EPALE ma’ Erasmus+?

Erasmus+ huwa l-programm il-ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet. Jissostitwixxi l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) u l-programm Grundtvig (Edukazzjoni għall-Adulti).

EPALE kif inhi differenti minn eTwinning?

eTwinning huwa post virtwali fejn tiltaqa’ għal xogħol kollaborattiv bejn l-iskejjel, l-għalliema u t-tfal, u jorganizza avvenimenti għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema. EPALE għandha l-għan li tibni komunità online għas-settur tat-tagħlim għall-adulti u l-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti.

EPALE kif inhi differenti minn siti ta’ informazzjoni oħrajn għat-tagħlim għall-adulti?

EPALE huwa post virtwali fejn jistgħu jiltaqgħu l-prattikanti tat-tagħlim għall-adulti u l-organizzazzjonijiet fil-livell Ewropew. Is-sit għandu numru ta’ funzjonijiet uniċi:

  • Sħubija miftuħa;

  • Il-kontenut multilingwi tal-master u paġni importanti, siltiet u riżorsi appoġġjati minn strateġija għall-multilingwiżmu għall-kontenut kollu;

Kif nista’ ninvolvi ruħi f’EPALE?

Hekk kif is-sit jiżviluppa, sejjer ikun hemm ħafna opportunitajiet biex tkun tista’ tinvolvi ruħek. Il-membri ta’ EPALE sejrin jiġu mistiedna biex jiskambjaw aħbarijiet, fehmiet, ideat u riżorsi (inkluż dokumenti ta’ politika u materjali rilevanti prodotti mill-proġetti) ma’ oħrajn madwar l-Ewropa.

Biex issir membru ta’ EPALE sejjer ikollok bżonn issir utent irreġistrat fuq is-sit. Għal aktar informazzjoni dwar kif tirreġistra jekk jogħġbok ara:

X’nagħmel jekk l-informazzjoni li qiegħed infittex ma tidhirx fuq il-websajt ta’ EPALE?

Jekk l-informazzjoni li qiegħed tfittex għandha x’taqsam mat-tagħlim għall-adulti, iżda ma tinsabx fuq il-websajt ta’ EPALE, allura jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk fuq helpdesk@epale-support.eu. Il-persunal tal-Helpdesk tagħna huwa appoġġjat minn grupp ta’ esperti tematiċi dwar it-tagħlim għall-adulti, li jistgħu jipprovdu assistenza f’sitt lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, it-Taljan u l-Pollakk) u għandna l-għan li nwieġbu kwalunkwe mistoqsija fi żmien jumejn tax-xogħol.

Nista’ nippromwovi EPALE mal-kollegi tiegħi/partijiet interessati oħra?

Iva. EPALE hija pjattaforma bi sħubija miftuħa, li tippermettilek taqbad ma’ professjonisti oħra fit-tagħlim għall-adulti, prattikanti u voluntiera madwar l-Ewropa kollha.

L-għan tagħna huwa li nibnu komunità online madwar firxa ta’ riżorsi edukattivi, aħbarijiet, avvenimenti u għodod ta’ netwerking utli, b’kontenut ta’ kwalità għolja identifikat fil-qasam u tradott bil-lingwi ewlenin.

Kif inhi ffinanzjata EPALE?

EPALE hija ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-istrateġija globali ta’ tagħlim għall-adulti għat-tagħlim tul il-ħajja. Oriġinarjament, appoġġjat mill-programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja/Grundtvig (2007-2013), il-finanzjament issa huwa pprovdut permezz tal-Azzjoni Ewlenija 2 tal-programm Erasmus+ (2014-2020).

Il-kofinanzjament huwa pprovdut ukoll mill-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex l-NSSs ikunu operattivi.

Kif nista’ nikkuntattja lil Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali?

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-NSSs kollha sejrin jiġu ppubblikati fuq il-websajt ta’ EPALE fil-Ħarifa tal-2014, ladarba jsiru operattivi. Huwa rrakkomandat li kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok, anki dawk speċifiċi għall-pajjiż, għall-ewwel jiġu indirizzati lis-CSS.

X’inhuma s-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali u x’jagħmlu?

Is-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSSs) inħatru mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi li jieħdu sehem fil-programm Erasmus+ biex jgħinu joħolqu kontenut għal EPALE u janimaw il-pjattaforma. Sejrin jaħdmu mill-qrib mas-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) biex jippubblikaw kontenut tas-sit ta’ kwalità għolja u jħeġġu d-dibattiti. L-NSSs sejrin jiffukaw ukoll fuq li jwasslu EPALE lill-komunità tal-edukazzjoni għall-adulti f’pajjiżhom u fuq li jimmotivaw lill-komunitajiet tagħhom jieħdu sehem f’EPALE.

Pages

S'abonner à EPALE RSS