Aller au contenu principal
Blog
Blog

Fokus tal-EPALE: It-tagħlim tal-adulti fl-iżvilupp tal-karriera

Il-fokus tematiku tal-EPALE għal Novembru huwa fuq ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti fl-iżvilupp tal-karriera.

Career development

 

Il-fokus tematiku tal-EPALE għal Novembru huwa fuq ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti fl-iżvilupp tal-karriera.

 

It-tagħlim tal-adulti jinkludi firxa wiesgħa ta’ dak li nitgħallmu wara li nħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali, inkluż it-tagħlim orjentat lejn ix-xogħol u l-karriera, il-kisba ta’ kwalifiki ġodda, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-impjieg. It-tagħlim tal-adulti jippromwovi l-impjegabbiltà u l-kompetittività iżda hemm sfidi biex dan isir attraenti, inklużiv, aċċessibbli u flessibbli.

Hawnhekk fl-EPALE aħna napprezzaw ir-rwol importanti tat-tagħlim tal-adulti biex jgħin lill-persuni jiksbu l-karriera li dejjem ħolmu. Ara l-paġna tematika tal-EPALE Tagħlim professjonali tul il-karriera fejn il-komunità u t-timijiet nazzjonali ġabru artikli interessanti, riżorsi utli u studji ta’ każijiet dwar is-suġġett (il-kontenut ivarja abbażi tal-preferenza tal-lingwa tiegħek). Żur l-EPALE b’mod regolari għal kontenut ġdid f’Novembru!

Nixtiequ nistednuk sabiex tissieħeb fid-diskussjoni live tal-EPALE dwar ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti biex jgħin fl-iżvilupp tal-karriera.  Id-diskussjoni se tkun bl-Ingliż u se ssir fuq din il-paġna fit-22 ta’ Novembru 2018. Din se tiġi moderata mill-Koordinatur Tematiku tal-EPALE David Mallows.

Nittamaw li narawk!

Login (0)

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

Dernières discussions

Discussion EPALE : les compétences numériques comme moyen d'accéder aux opportunités de formation tout au long de la vie

Dans le cadre de notre focus sur les compétences numériques comme moyen d'accéder aux opportunités de formation, EPALE organise une discussion en ligne le 27 mai 2020.

Plus