chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Plateforme électronique pour l'éducation et la formation des adultes en Europe

 
 

X’għandha x’taqsam EPALE ma’ Erasmus+?

Erasmus+ huwa l-programm il-ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet. Jissostitwixxi l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) u l-programm Grundtvig (Edukazzjoni għall-Adulti).

Erasmus+ huwa miftuħ għal studenti, għalliema, apprendistati, voluntiera, mexxejja żgħażagħ u nies li jaħdmu fl-isport tad-dilettanti. Jipprovdi wkoll fondi għal sħubijiet bejn istituzzjonijiet edukattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, intrapriżi, awtoritajiet lokali u reġjonali u NGOs, kif ukoll appoġġ għar-riformi fl-Istati Membri biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ u biex jippromwovu l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-impjegabbiltà.

Il-programm Erasmus+ jiffinanzja EPALE permezz tal-Attività Ewlenija 2; huwa appoġġjat skont l-Artikolu 14.1.b tad-deċiżjoni legali li tadotta l-programm Erasmus+ u jiffoka fuq it-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu (C-VET).