chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Plateforme électronique pour l'éducation et la formation des adultes en Europe

 
 

X’għandha x’taqsam EPALE mal-programm Grundtvig?

Il-programm Grundtvig kien parti mill-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja tal-UE mill-2007-2013. Huwa appoġġjat minn individwi u organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni għall-adulti mhux vokazzjonali biex jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ taħriġ u proġetti Ewropej.

EPALE oriġinat mill-bżonn li ħassew il-partijiet interessati ta’ Grundtvig li jkollhom spazju biex jiskambjaw l-ideat u l-prattiki sabiex jiżviluppaw il-prattika professjonali tagħhom. L-avvenimenti ta’ Grundtvig u n-netwerks offrew spazju biex tiġi diskussa l-idea ta’ EPALE u jinbeda l-iżvilupp tagħha.

Inħeġġu n-netwerks u l-proġetti appoġġjati mill-programm Grundtvig biex jirreġistaw bħala utenti ta’ EPALE. Madankollu, EPALE tittama wkoll li tilħaq professjonisti oħrajn fit-tagħlim għall-adulti li mhumiex diġà involuti fi proġetti Ewropej.

Il-pjattaforma ta’ EPALE sejra toffri funzjonijiet interattivi, li jippermettu lill-utenti jaqbdu ma’ oħrajn madwar l-Ewropa kollha, jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet u jiskambjaw prattika tajba. Is-sit sejjer jippubblika/jirreferi wkoll għal riżorsi maħluqa taħt Grundtvig fil-librerija tar-riżorsi. Il-proġetti sejrin jitħeġġu jippubblikaw l-avvenimenti tagħhom u jikkondividu kwalunkwe prattika tajba jew riżorsa li huma ħolqu fuq il-pjattaforma.