chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Plateforme électronique pour l'éducation et la formation des adultes en Europe

Blog

Anette Kindahl, Storja tal-Komunità mill-Iżvezja

28/05/2020
par Mahira Spiteri
Langue: MT
Document available also in: EN
 

Jiena kuratur tal-mużewijiet b’aktar minn 30 sena esperjenza naħdem fl-edukazzjoni tal-adulti fil-mużewijiet storiċi u bi 15-il sena esperjenza naħdem fuq il-proġetti Grundtvig u Erasmus+.

Ftit snin ilu, ġejt maħtura ambaxxatur tal-EPALE mill-Aġenzija Nazzjonali.

Għall-kuntrarju ta’ ħafna pajjiżi fl-Ewropa, l-Iżvezja ma kinitx f’lockdown totali.

Il-mużew fil-belt storika żgħira fejn naħdem baqa’ miftuħ il-ħin kollu, għalkemm l-għadd ta’ viżitaturi naqas b’mod drammatiku. Is-soltu jkollna ħafna gruppi adulti; ir-rebbiegħa hija l-aktar żmien intensiv tagħna għal gruppi li jkunu bbukkjaw minn qabel iżda bħalissa m'għandna l-ebda bbukkjar. Il-maġġoranza ta' dawn il-gruppi jinkludu ċittadini anzjani li jkunu ngħataw parir biex jibqgħu d-dar u jevitaw l-interazzjoni soċjali. Dawn il-gruppi bdew jikkanċellaw mill-bidu ta’ Marzu.

Għamilna diversi films qosra tal-wirjiet differenti tagħna u poġġejniehom fuq il-midja soċjali.

Mill-informazzjoni li għandna, fuq il-bażi tal-għadd ta’ likes li rċevew, dawn kienu popolari.

Il-biċċa l-kbira tal-persunal tagħna qiegħed jaħdem mid-dar, u ħafna mill-kooperazzjoni tas-soltu tagħna ma' mużewijiet oħra u ma’ organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-adulti ġiet sospiża. Kemm il-ħajja privata kif ukoll dik tax-xogħol tagħna huma “vojta” ħafna u solitarji, anke fl-Iżvezja.

 

Qed nistennew bil-ħerqa li nismgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn