chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Plataforma electrónica dedicada a la enseñanza para adultos en Europa

Blog

Il-fokus ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

30/06/2020
por Mahira Spiteri
Idioma: MT
Document available also in: EN FI ET PL DE EL HU NL SL CS LV PT

EPALE focus: Basic Skills Learning Provision

Il-fokus tematiku ta’ EPALE minn Lulju sa Settembru 2020 se jkun fuq il-Forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-bini tar-reżiljenza billi jiġu żgurati l-ħiliet bażiċi għal kulħadd: l-investiment fil-forniment effiċjenti ta’ ħiliet bażiċi qed isir kritiku f’era ta’ wara l-COVID-19.
Il-ħiliet bażiċi (il-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali) saru prijorità politika fl-Ewropa u jinsabu fil-qalba tar-
rakkomandazzjoni dwar il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet adottata mill-Kunsill Ewropew fl-2016. Kważi 20 % tal-popolazzjoni adulta fl-Ewropa qed tbati fil-qari, fil-kitba, fin-numeriżmu u fl-applikazzjoni tal-għodod diġitali, u kważi l-istess ammont (22 %) tal-adulti fl-UE għandhom kwalifiki minn livell sekondarju baxx jew anqas, li jpoġġihom f’riskju akbar ta’ qgħad u li jsiru soċjalment vulnerabbli. Il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet jindirizzaw dawn il-problemi billi jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jibnu politiki koeżivi biex jiżguraw livell minimu ta’ ħiliet bażiċi għal kulħadd, u biex jgħinu lin-nies fil-bżonn jiksbu tal-anqas kwalifiki ta’ livell sekondarju għoli.

Madankollu, il-kriżi riċenti tal-COVID-19, tefgħet dawl ġdid fuq l-importanza tal-ħiliet bażiċi. Din uriet ir-rwol tagħha li tagħmel liċ-ċittadini, lill-komunitajiet u lis-soċjetajiet aktar reżiljenti għal sfidi mhux mistennija u ta’ tfixkil u aktar kapaċi jadattaw malajr għall-bidliet fiċ-ċirkostanzi. Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat oqsma importanti mill-ħajja tan-nies bħas-saħħa, ix-xogħol, il-benesseri soċjali u l-finanzi tagħhom. Bħala riżultat tal-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata l-pandemija, ħafna minnhom ingħataw is-sensja u oħrajn f’daqqa waħda kellhom jaqilbu għal xogħol diġitali meta qatt ma kienu jipprevedu dan. Għal oħrajn, l-iżvilupp ta’ ħiliet kritiċi fl-informazzjoni diġitali u fil-midja, il-ġestjoni tal-finanzi personali u familjari tagħhom u t-teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji kienu importanti ħafna. Dan filwaqt li għall-biċċa l-kbira tan-nies, konsegwenza ovvja tal-kriżi tal-COVID-19 kienet il-ħtieġa li jipproċessaw informazzjoni relatata mas-saħħa sabiex jifhmu s-sitwazzjoni u jaġixxu skont il-miżuri imposti mill-awtoritajiet sabiex jiġi evitat aktar it-tixrid tal-infezzjoni. L-Ewropej b’livelli baxxi ta’ ħiliet bażiċi qed isiru aktar vulnerabbli matul dan iż-żmien kritiku. Sabiex inlaħħqu b’mod effettiv ma’ dawn l-isfidi globali hemm bżonn ta’ azzjonijiet konġunti mill-komunitajiet u s-soċjetajiet. L-iżgurar tal-ħiliet bażiċi għal kulħadd huwa pass neċessarju biex is-soċjetajiet ikunu jistgħu jiġġieldu l-isfidi soċjali, tas-saħħa, ambjentali u ekonomiċi attwali u futuri, u biex jiġu implimentati politiki b’mod effettiv sabiex tiġi appoġġjata s-sostenibbiltà tas-soċjetajiet u tal-ekonomiji Ewropej u tiġi promossa pjaneta aktar sana.

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi.

Huwa f’dan il-kuntest li qed nippreżentaw it-tielet fokus tematiku tal-2020; il-bini ta’ reżiljenza permezz ta’ taħriġ dwar il-ħiliet bażiċi billi jiġu żgurati politiki u prattiki effettivi fi: 

  • il-litteriżmu kritiku
  • il-litteriżmu fis-saħħa, 
  • il-litteriżmu finanzjarju, 
  • in-numeriżmu, 

il-ħiliet diġitali bażiċi għall-futur.

 Fis-16/17 ta’ Settembru 2020 int se jkollok ukoll l-opportunità li tingħaqad fid-diskussjoni online tagħna dwar il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi.

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

Mostrando del 1 - 2 al 2
  • Imagen de Teodor GHITESCU
    Competența este mărimea prin care se evaluează nivelul de cunoaștere științifică sau dogmatică a formatorilor și formabililor si are trei componente:
    1. componenta informațională, adică nivelul de cunoaștere descriptivă și evaluativă a realității de interes;
    2. componenta aplicativă, adică nivelul deprinderilor (motrice, intelectuale, .....) de utiliza componenta informațională, pentru a produce, cu premeditare, transformările dorite în realitatea de interes;
    3. componenta experimentală, adică nivelul de repetabilitate a deprinderilor într-un context profesional stabil, ce  conduce la transformare a deprinderilor în reflexe condiționate, pentru atingerea performanței.
    Niciuna din aceste componente nu are proprietățile mecanice: longitudinalitate și transversalitate, pentru a le folosi drept criterii de clasificare!
    Lipsa de rigurozitate în utilizarea corectă a semanticii conceptelor, a regulilor de definire și clasificare a entităților - obiecte ale educației, folosirea barbarismelor, dogmatizarea conținuturilor,  sunt câteva din gravele erori ale educației, cu efecte intelectuale, de multe ori devastatoare.
    Calea de evitare a unor asemenea neconformități este alinierea pregătirii pedagogice și a cunoașterii, în general, la filosofia de vârf actuală, filosofia sistemică, având două curente: cibernetic - Norbert Wiener (accesibil la cel mult 10 % din formatori si formabili) si realist - Jay Forrester (accesibil oricărui absolvent de liceu, educat în viziune sistemică).
    Iată o scurtă prezentare: 

  • Imagen de Éva Szederkényi
    Fontosnak tartom a kritikus szövegértést; meglátásom szerint nélküle nincs digitális készségrendszer sem.