chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Ηλεκτρονική Πλατφόρμα για την Εκπαίδευση Ενηλίκων στην Ευρώπη

Ιστολόγιο

Susana Silva, Storja tal-Komunità mill-Portugall

28/05/2020
από Mahira Spiteri
Γλώσσα: MT
Document available also in: EN

M’għandi l-ebda dubju li l-parteċipazzjoni tiegħi fil-proċess tal-RVCC - tagħlim preċedenti tar-Rikonoxximent u l-Validazzjoni - fiċ-Ċentru ta’ Kwalifika Centro Qualifica Arrábida - qed tgħinni negħleb l-isfidi li qed niffaċċja matul dan iż-żmien diffiċli ta’ konfinament minħabba l-COVID-19.
Mhux biss għax dan ifisser li m'iniex iżolata, iżda wkoll minħabba li jkolli sens ta’ skop fil-ħajja ta’ kuljum tiegħi meta nipprova nilħaq l-għanjiet rilevanti, minbarra li nieħu ħsieb lill-uliedi.

Il-proċess tar-Rikonoxximent tal-Ħiliet, tal-Validazzjoni u taċ-Ċertifikazzjoni jippermettili mmur aktar lil hinn minn kemm qatt immaġinajt! Bdejt inrrealizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja b’mod aktar konxju.

Dan se jkun ta’ siwi?

Kont naf li ma kienx se jkun faċli, iżda kienet xi ħaġa li verament ridt nagħmel u għidt lili nnifsi li jekk ridt inkun ma’ uliedi, se jkolli nagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħi biex dan il-pjan jaħdem. Qabel ma bdejt il-proċess, ta' spiss ħsibt jew għidt lili nnifsi: “Se jkun ta' siwi?” jew "Inti anzjana wisq, se jieħu ħafna żmien u se jkun għalxejn..." Madankollu, li hu żgur hu, li matul il-proċess ksibt perspettiva ġdida dwar il-ħajja. Dan qiegħed jgħinni ngħaddi minn dan iż-żmien iebes.

Il-bidu tal-proċess tal-RVCC u l-impenn kontinwu tiegħi fih, għenuni biex nindirizza kull problema u sfida, u biex negħleb din is-sitwazzjoni diffiċli fejn ninsabu maqfulin id-dar minħabba l-COVID-19.

Kwalifiki tal-impjieg

Dan iż-żmien kien perjodu ta’ xogħol intensiv, iżda kien ukoll ta’ sfida. Dan fetaħ possibbiltajiet ġodda ta’ tkabbir u ta’ indipendenza, peress li qabel kont naf li ma kellix biżżejjed kwalifiki biex saħansitra nsib impjieg u nagħti lill-uliedi ħajja stabbli.

Twemmin mill-ġdid

F’perjodu f’ħajti meta kollox kien ostakolu u l-għada kien dejjem aktar diffiċli mil-lum, l-RVCC, ix-xogħol żviluppat maċ-Centro Qualifica Arrábida, għeni biex għal darb’oħra nemmen li kien għadu possibbli li nibdel ħajti u nagħtiha d-direzzjoni li tassew irrid.
Dan jippermettili niffaċċja l-futur minn perspettiva ġdida ma’ uliedi.

 

 

Qed nistennew bil-ħerqa li nismgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn