chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - E-Plattform für Erwachsenenbildung in Europa

Blog

Céline Ancelet-David, Storja tal-Komunità mil-Lussemburgu

28/05/2020
von Mahira Spiteri
Sprache: MT
Document available also in: EN

Jiena Maniġer tal-Proġett tal-Apprendiment għall-IFE Luxembourg (il-link hija esterna) minn ABILWAYS (il-link hija esterna). Ilni naħdem fit-Tagħlim u l-Iżvilupp mill-2006, kemm fil-Lussemburgu kif ukoll f’Madagascar, wara lawrja ta' Master u karriera ta' 12-il sena fil-Kummerċjalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni kemm fil-Kanada kif ukoll fl-Ewropa. Matul is-snin, speċjalizzajt ukoll fl-HR, fil-Maniġment u fil-Ġestjoni tal-Proġetti, b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet personali.

Smajt dwar l-EALE permezz ta’ preżentazzjoni li ġiet organizzata mill-istitut nazzjonali għall-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu fil-Lussemburgu fl-2018. Minn dak iż-żmien ‘l hawn bdejt nikkonsulta għadd ta’ riżorsi differenti u investigajt ukoll xi proġetti. Nittama li ninvolvi ruħi aktar fil-futur.

Il-COVID-19 ġiegħlet lill-organizzazzjoni terġa’ tikkunsidra u tiżviluppa aktar attivitajiet ta’ apprendiment mill-bogħod minn dawk li offrejna qabel.
Tatna l-opportunità li nippreżentaw mill-ġdid l-offerta tagħna sabiex ngħinu lill-istudenti tagħna jsibu l-programmi ta’ taħriġ li l-aktar huma adattati għalihom f’dak iż-żmien partikolari.

Aħna nkomplu noffru l-MOOCs. Aħna rrevedejna l-ippjanar ta’ parti mis-sessjonijiet ta’ taħriġ regolari tagħna f’diversi sessjonijiet onlajn ta’ sagħtejn u organizzajna webinars li jkopru l-aħħar aħbarijiet fi sforz biex nindirizzaw it-tħassib tal-istudenti tagħna. Is-sessjonijiet li qed immexxu bħalissa intlaqgħu b’mod pożittiv kemm mill-istudenti kif ukoll minn min iħarreġ. Għal ħafna, din l-esperjenza ġdida hija ta’ arrikkiment.

Dan ifisser it-tfassil mill-ġdid tal-kontenut, l-apprendiment dwar kif għandhom jintużaw għodod ġodda, u l-esperjenza prattika tat-trasformazzjoni diġitali tas-suq tal-apprendiment.

Madankollu, qed naraw ukoll li xi kumpaniji għadhom relattivament mhux lesti li jinvolvu ruħhom f’taħriġ onlajn u meta jkun possibbli, bħalissa qegħdin jagħżlu li jiddiferixxu r-reġistrazzjoni tagħhom għas-sessjonijiet potenzjali ta’ taħriġ wiċċ imb'wiċċ li jmiss.

Il-COVID-19 ġiegħel lin-negozji jagħmlu ħafna tibdiliet f’daqqa u nemmnu li l-impatt tagħha fuq l-organizzazzjoni tal-edukazzjoni tal-adulti se jkompli jidher għal żmien twil. Bil-mod iżda żgur, is-suq se jadatta u se jsir aktar pożittiv dwar is-soluzzjonijiet ta’ taħriġ onlajn u se jkun jiddependi fuqhom.

 



Qed nistennew bil-ħerqa li nismgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

1 - 1 von 1 anzeigen
  • Bild des Benutzers Marija Elena Borg
    Thank you for sharing your story Céline! It is definitely encouraging to see organisations working in the sphere of education & training fully adapting to the present-day situation. We hope to see more and more proactive entities providing new training solutions over the next months.