chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Elektronická platforma pro vzdělávání dospělých v Evropě

 
 

Blog

Il-Jum Dinji tal-Għalliema – L-Edukazzjoni tal-Adulti

19/10/2016
by Mahira Spiteri
Jazyk: MT
Document available also in: EN FR DE

Il-Jum Dinji tal-Għalliema huwa ċelebarazzjoni importanti tax-xogħol siwi kbir imwettaq mill-għalliema madwar id-dinja. Iżda xi ngħidu dwar l-edukaturi adulti? Hawnhekk se niltaqgħu mal-Uffiċjal tal-Edukazzjoni u edukatur adult mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja f'Malta. Aħna nistaqsuhom għal pariri dwar kif jirfinaw it-tekniki tagħhom minn studenti żgħażagħ għal dawk adulti.

 

/cs/file/ef7b6267jpg-0ef7b6267.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Meta nkunu tfal, it-tagħlim huwa sempliċiment xi ħaġa li nagħmlu. Mill-klassi għall-post ta' rekreazzjoni, aħna kontinwament niġbru informazzjoni, tekniki u għodod ġodda. Meta nikbru, naturalment, inkomplu nitgħallmu iżda jkun aktar diffiċli niftakru l-informazzjoni u niksbu l-ħiliet bażiċi li forsi ma nkunux ksibna meta konna tfal.

"Dan huwa fejn jidħol it-tagħlim effettiv għall-adulti," jgħid Mark Saliba, edukatur tal-adulti li wkoll jgħallem tfal tal-iskola primarja. "Meta niġu għal tagħlim fil-primarja, dan huwa obbligatorju u formali; madankollu, mal-adulti huma għażlu li jitgħallmu biex itejbu l-mod ta' għajxien tagħhom – kemm jekk jagħmlu dak billi jtejbu l-ħiliet tagħhom jew billi jtejbu l-litteriżmu tagħhom."

Mark jispjega li d-differenza prinċipali bejn it-tagħlim tat-tfal u tal-adulti tinsab fil-fatt li, mal-adulti, jeħtieġ li tkun dispost ħafna biex tadatta għall-bżonnijiet tal-istudenti tiegħek. "Fis-snin reċenti għallimt lill-priġunieri fid-Dar Sant' Anna. Filwaqt li l-għan ewlieni tiegħi kien li ngħinhom itejbu l-ħiliet tal-litteriżmu tagħhom, kienet ukoll opportunità li ngħinuhom itejbu l-għarfien tagħhom f'oqsma oħra, bħal dwar l-istorja ta' Malta jew l-għarfien ġenerali. Jiena sibt li jekk nagħmel it-topik bażiku (il-litteriżmu) aktar interessanti permezz ta' suġġetti oħra, huma jkunu aktar ħerqana biex jitgħallmu."

Mandy Mifsud, edukatur adult li hija wkoll l-Uffiċjal tal-Edukazzjoni għad-Direttorat tat-tagħlim Tul il-Ħajja, tispjega li dan jissejjaħ tagħlim integrat. "Meta niġu għall-adulti, qed nitkellmu dwar nies li għandhom ħafna għerf u esperjenzi tal-ħajja – fil-fatt ħafna drabi jafu aktar dwar ċerti affarijiet milli taf int! Għaldaqstant huwa importanti li tirrispetta dak l-għarfien, u li tkun taf għaliex u kif jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom. Ħafna drabi dawn mhumiex qed jitgħallmu biss għall-gost, iżda għaliex iridu jkunu kapaċi japplikaw dak li jitgħallmu għal oqsma partikolari tal-ħajja tagħhom. "

Ms Mifsud tispjega, "forsi tista' tgħallem il-matematika jew il-Malti waqt lezzjoni tat-tisjir", tissuġġerixxi. "Reċentement ħdimt fuq programm għal trasgressuri żgħażagħ li għamel eżattament dan. Huma kienu ħerqana jitgħallmu dwar it-tisjir u n-nutrizzjoni, għalhekk kienet l-opportunità ideali biex ngħaqqad topiks bħalma huma l-użin, il-baġit u r-ridimensjonar waqt li għamilna r-riċetti. Kien divertenti u relevanti, iżda huma xorta kienu qed jitgħallmu l-matematika – għalhekk kulħadd kien kuntent!"

Hawnhekk, iż-żewġ edukaturi jaqsmu s-suġġerimenti tagħhom dwar kif jinvolvu lill-adulti:

  • "Huwa importanti li toħloq il-kurżità," tgħid Mandy. "Anke jekk huma adulti għandek tagħmilha interessanti. Jiena nuża prattika li donnha dejjem taħdem: nibda billi nqiegħdu oġġett każwali kkulurit fuq kull l-iskrivanija qabel l-ewwel lezzjoni. Filwaqt, li prattikament, l-oġġett iservi bħala mezz biex naqsamhom fi gruppi aktar tard, huwa wkoll iqajjem l-interess tagħhom u jibdew jinvolvu ruħhom - u dan ikun bidu tajjeb! Il-kreattività tista' tiġi mill-aktar affarijiet sempliċi. "
  • "Sir af x’diġà jafu l-istudenti tiegħek," jgħid Mark. "U għaliex ġew fil-klassi tiegħek. Attwalment introduċejna test ta’ qabel, li jgħin lill-istudenti jispjegaw l-għanijiet tagħhom mill-bidu nett. Dan jagħmilha aktar faċli għalik, bħala edukatur, biex tgħinhom jiksbuhom. "
  • "Kun mimli/ja enerġija!" tgħid Mandy. "Iċċaqlaq, idħaq u kun dħuli/ja kemm jista' jkun. Kull fejn tista' faħħarhom lill-istudenti u rrikonoxxi dak kollu li diġà jafu."
  • "Fl-aħħar nett, aħdem biex tikseb il-fiduċja tagħhom, żomm f'moħħok li dan jista' ma jkunx faċli u jista' jieħu ż-żmien. Tkunx intimidanti; għall-kuntrarju, ikunu aċċessibbli u paċenzjuż/a u ftakar li mhumiex tfal. Inkoraġġixxi r-rispett fil-klassi tiegħek - għalihom, għalik u għal xulxin ".

 

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn