chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Elektronická platforma pro vzdělávání dospělých v Evropě

Blog

Milica Buha, Storja tal-Komunità mis-Serbja

28/05/2020
od Mahira Spiteri
Jazyk: MT
Document available also in: EN IT SK FR EL

Għandi 53 sena u ilni naħdem bħala librar fil-Librerija tal-Belt ta’ Belgrad għal 20 sena. Bħala librara, aħna obbligati nattendu korsijiet u workshops iċċertifikati kull sena. Wieħed mill-ewwel workshops li attendejt kien il-“Viki Bibliotekar” (Wiki-Librarian), li ġie organizzat fl-2015. Għoġbitni b’mod partikolari l-attività dwar il-qsim tal-għarfien mingħajr ħlas, u għalhekk bdejt inizjattiva simili fin-netwerk tal-librerija tagħna. Wara li tħarreġ grupp ta’ kollegi, ġie ffurmat tim u fl-2019 tnieda l-proġett “Viki Senior” (Wiki-Senior).  Il-pandemija tal-Coronavirus aljenatna mill-attivitajiet tagħna, iżda ma qtajniex qalbna. Aħna pprovajna nagħmlu dawn l-attivitajiet disponibbli online.

Sirt naf bl-EPALE permezz ta’ kollega, wieħed mis-superjuri tiegħi, li kien familjari mal-ħidma tiegħi mal-adulti. L-ewwel esperjenza tiegħi mal-EPALE kienet kompetizzjoni għall-aqwa blogg dwar il-prattika tal-edukazzjoni tal-adulti, li għaliha ktibt blogg dwar il-proġett tagħna “Wiki Senior”. Dan kien l-ewwel blogg tiegħi fuq il-pjattaforma tal-EPALE. L-organizzazzjoni tagħna tfittex li tkun aktar involuta fil-proċess tal-edukazzjoni tal-adulti, u dan il-proġett huwa biss wieħed mill-attivitajiet imwettqa biex jinkiseb dan. Waqt li kont qed nirriċerka fuq il-pjattaforma, iltqajt ma’ għadd ta’ ideat interessanti li ħsibt li għandna napplikaw.

Il-proġett “Wiki Senior”, imwettaq f’kundizzjonijiet ta’ iżolament fid-dar matul pandemija tal-marda tal-Coronavirus

Bdejna l-proġett “Wiki Senior” fil-Librerija tal-Belt ta’ Belgrad fl-aħħar tal-2018. L-idea kienet li ninvolvu l-aktar ċittadini anzjani tagħna fil-proċess tal-kitba ta’ artikoli tal-Wikipedia bis-Serb. Bħala mexxej tal-proġett, ktibt dwar din l-esperjenza inizjali fl-artikolu “Il-Proġett “Wiki Senior” fil-Librerija tal-Belt ta’ Belgrad”.
Sfortunatament, fil-bidu nett tat-tieni sena tal-proġett, faqqgħet il-pandemija tal-Coronavirus.

Fil-punt meta l-workshops tagħna ġew sospiżi kellna 10 parteċipant attiv, li erbgħa minnhom attendew kull ġimgħa. Il-workshops isiru darba fil-ġimgħa, filwaqt li s'issa ħadu sehem total ta’ 26 persuna. Minn dawn l-erba’ regolari, parteċipant wieħed biss seta’ jikteb l-artikoli fuq Wikipedia b’mod indipendenti. Minħabba li ma stajniex nibqgħu niltaqgħu permezz tal-workshops, iddeċidejna li nkomplu t-taħriġ online.

Naturalment, mhux il-problemi kollha jistgħu jissolvew permezz tal-komunikazzjoni bil-miktub, u għalhekk użajna applikazzjonijiet oħra wkoll. Inizjalment, ħadt ritratti bil-mowbajl tiegħi li juru pass wara pass l-istadji differenti li għandhom jiġu segwiti sabiex jintlaħaq għan speċifiku, iżda dan kien qiegħed jieħu ħafna ħin. Wara dan, ħriġt bl-idea li nagħmel dan f’ħin reali wkoll. Għamilna laqgħa tal-grupp permezz tal-applikazzjoni Viber, u stajt ngħaddi l-passi kollha meħtieġa fuq il-laptop tiegħi filwaqt li fl-istess ħin nirrekordja l-monitor tiegħi b’kamera. L-istudenta tiegħi rrepetiet dawn il-passi fuq il-laptop tagħha u temmet b'suċċess il-kompiti kollha tagħha.

Din kienet esperjenza ferm interessanti u mhux tas-soltu għalija.

Bejn nofs Marzu, meta ġew introdotti miżuri stretti ta’ iżolament fis-Serbja, u l-aħħar ta’ April, dan l-utent partikolari kiteb aktar minn 80 artiklu impressjonanti waħdu. Minbarra l-għajnuna inizjali tiegħi fuq tużżana ta' artikoli, hija kitbet l-artikoli l-oħra kollha waħedha, b’intervent minimu mingħandi.

Ljiljana Sundać

Għandu jingħad li din il-parteċipanta partikolari fil-proġett “Wiki Senior” hija mara ta’ 70 sena li hija attiva ħafna. Qabel l-iżolament, din għamlet ċert li tieħu ritratti għal kull artikolu sabiex tkun tista’ tikteb dwar Belgrad.

Għaliha, din kienet attività fiżika pjaċevoli ħafna, u waħda li kienet ukoll divertenti ħafna. Element importanti tax-xogħol tagħna matul l-iżolament huwa li fis-Serbja, il-persuni li għandhom 65 sena jew aktar kienu strettament ipprojbiti milli joħorġu minn djarhom, ħlief darba fil-ġimgħa, bejn l-4 u s-7 ta’ filgħodu.

 

 

Dan dam aktar minn xahar. Dan l-utent partikolari kkonferma s-suspetti tiegħi li din l-attività - il-kitba ta’ artikoli fuq Wikipedia - għenitha f’dan iż-żmien diffiċli ħafna ta’ inattività kważi assoluta.

M'iniex ċerta meta se nkunu nistgħu nkomplu bl-attivitajiet regolari tagħna u nattiraw saħansitra aktar parteċipanti, iżda ċerta li din it-tip ta’ attività kienet utli ħafna fis-sitwazzjoni li konna fiha minħabba l-pandemija tal-marda tal-Coronavirus.

L-isem fuq Wikipedia tal-utent li naħdem miegħu huwa Ljiljana Sundać, u l-kontribut tagħha lill-Wikipedia bis-Serb fl-2020 jista’ jinstab fil-paġna tal-proġett (il-link hija esterna).
Ljiljana kitbet l-ewwel artikolu tagħha ta’ Wikipedia fil-11 ta’ Ottubru 2019.

Jiddispjaċiha biss li ma bdietx tikteb qabel!


Qed nistennew bil-ħerqa li nismgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn Share on email
Refresh comments Enable auto refresh

Zobrazuje se 1 - 4 ze 4
  • Obrázek uživatele Marios Zittis
    Πολύ ενδιαφέρον το έργο και πολύ ωραία ιστορία. 

    Πέραν του ότι ενεργοποιήθηκαν πολίτες μεγαλύτερης ηλικίας κατά τη διάρκεια της περιόδου των κατ΄ οίκον περιορισμών, δημιουργήθηκε υλικό το οποίο είναι ελεύθερα προσβάσιμο σε όλους και το οποίο μπορούν νέοι χρήστες να βελτιώσουν.

    Ευχαριστούμε που τη μοιραστήκατε μαζί μας! 
  • Obrázek uživatele Milica Buha
    Χαίρομαι που απολαύσατε αυτήν τη δραστηριότητα. Το απόλαυσα, παρά την απομόνωση και τις πραγματικά φρικτές συνθήκες, οι οποίες ήταν ακόμη χειρότερες για τη Λιλιάνα. Συνεχίζει να συνεισφέρει στη Wikipedia και σύμφωνα με αυτήν, λυπάται που δεν ξεκίνησε νωρίτερα. Νομίζω ότι αυτή η δουλειά μας βοήθησε και οι δύο να αντιμετωπίσουμε αυτήν την αδύνατη κατάσταση όσο το δυνατόν πιο εύκολα. Ελπίζω ότι το κείμενο έχει μεταφραστεί καλά, αλλά θα το επαναλάβω και στα Αγγλικά.

    I'm glad you enjoyed this activity. I enjoyed it, despite the isolation and the really horrible conditions, which were even worse for Ljiljana. She continues to contribute to Wikipedia and according to her, she is sorry that she did not start earlier. I think that this work helped us both to get through this impossible situation as easily as possible.
  • Obrázek uživatele Brid Connolly
    This is a wonderful story. It shows the potential that is unleashed as soon as time becomes available. The pandemic is tragic, of course, but it provides opportunities to develop ourselves and to reflect on what is really and truly important!
  • Obrázek uživatele Milica Buha
    Thanks, I'm glad you liked it. In this situation, it will be a little harder to reach new users, but I am convinced that it was very useful, especially for Ljiljana, so we will try to spread this story among our fellow citizens and encourage them to join us.